Wednesday, February 11, 2009

PARLAMENT EWROPEW U KUNSILLI

Mela l-ahwa bdiet il-kampanja elettorali ghall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali u l-istazzjonijiet tat-TV u r-radju tal-partiti l-kbar diga' bdew idardru lil kulhadd billi jgibu l-kandidati l-hin kollu fl-ahbarijiet u jew jitkellmu f'konferenzi politici u anki jitkellmu f'xandiriet politici. L-Awtorita' tax-Xandir li hija maghmula minn zewg rapprezentanti kull wiehed tal-partiti l-kbar biss u l-partiti z-zghar l-anqas biss jezistu ghax m'ghandhomx rapprezentanza mkien. Jerga' issa sirna nafu wkoll li z-zewg partiti l-kbar se jinghataw eluf ta' Ewros ghall-kampanja mill-Gvern stess bhala ghajnuna li jinghataw il-partiti politici. Issa dawn tant huma hniezer li minbarra li jigbru l-flus mill-partitarji taghhom, ghandhom il-medja taghhom, ix-xandir ta' l-istat u l-Awtorita' tax-Xandir taghtihom hin izjed mit-tikka li taghti lill-partiti z-zghar u l-kandidati indipendenti, izjed ghandhom kollox favur taghhom.

Allura tigi wehidha l-mistoqsija jekk f'Malta u Ghawdex hux veru li hawn id-demokrazija u specjalment kif imorru jiftahru barra minn Malta bid-demokrazija ta' sormhom, meta fil-fatt m'hawn demokrazija xejn. Huwa l-poplu pero li jahti, specjalment ghax il-poplu l-anqas biss jaf x'inhi l-Ewropa, il-poplu gwejjed Malti ghadu jahseb fi zmien l-imghoddi, l-anqas induna li dhalna fis-seklu wiehed u ghoxrin u ahseb u ara kemm jaf jivvota bhal Ewropej. Izda l-poplu Malti jekk iqum mir-raqda li jinsab fiha jista' jbiddel Malta ta' taht fuq billi jivvota ghall-partiti politici l-godda u ghalkemm bhalissa huma zghar, dawn jistghu jigu kbar meta jinghaqdu ma' shabhom fil-grupp taghhom ta' l-Ewropa, bhal per ezempju l-Liberali li dawn ghandhom 104 membri fil-Parlament Ewropew u li fejn jivvotaw huma jaqilbu l-vot. Ara Tonio Borg nhar il-Hadd mar jiftahar li shabu tal-EPP vvotaw biex l-emigranti illegali jibqghu maqfulin ghal tmintax-il xahar u waqaf hemm. Ghalkemm qal li s-Socjalisti tal-PES riedu johorguhom wara sitt xhur mid-ditenzjoni. Izda Tonio Borg qal nofs verita' ghax Tonio Borg ma qalx li kienu l-voti tal-Liberali li vvotaw favur l-EPP li gabu l-votazzjoni favur li l-immigranti llegali jibqghu maqfulin ghal tmintax-il xahar. B'hekk iridu jirbhu l-partiti l-kbar bin-nofs veritajiet!!!!????

Ahna tax-Xewka pero' diga' nafu lil min se nivvotaw ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew nhar is-Sibt 6 ta' Gunju, harsu lejn ir-ritratt u taraw li l-kandidat John Zammit ta' l-Alleanza Liberali diga' qed jipprepara kif se jgib lil Malta bhall-Ewropa, b'monumenti progressivi, bhal dak li qieghed hdejh fi Brussel hdejn il-gnien botaniku. Mhux ta' b'xejn l-isqof ta' Ghawdex (dak ta' wara t-tlett muntanji) ha tbaqbieqa kbira fil-panegirku tal-Festa ta' San Pawl il-Belt kontra d-divorzju u bi preparazzjoni ghall-elezzjoni, ghax dawn l-isqfijiet ta' Malta ghandkom tkunu tafu li malli toqrob xi elezzjoni jitilfu rashom u kull sens li suppost qalilhom Kristu biex jaghmlu.

No comments: