Sunday, December 7, 2008

DOM MINTOFF KBIR

Dan ir-ritratt b'dedikazzjoni lil Daphne biex nuruha kemm ahna nhobbu lil Dom Mintoff u ghalxejn toqghod tmaqqdru ghax Mintoff m'hawnx bhalu u l-anqas ikun hawn. Din kienet parti minn wirja fl-okkazjoni ta' gheluq id-90 sena tal-perit Mintoff sentejn ilu (2006) u min ghamilha jekk mhux l-iktar bniedem li ghadu jhobb lil Mintoff sal-lum, ighidulha l-Daphne.....hadd izjed minn John Zammit li ghandu kollezzjoni kbira ta' ritratti, posters, kotba u oggetti ohra relatati ma' Dom Mintoff.

DAPHNE, DAPHNE!!!


Daphne, taqbad ma' kulhadd, ghandha artikoli li naqblu maghha ukoll, pero' mhux dejjem, ghax hija peress li ma tiftakarx l-istorja passata ta' Malta mohha biex tghajjar lil KBIR DOM MINTOFF u suppost hi taf li l-anqas toqghod hdejh ahseb u ara kemm tghajjar bniedem kbir bhalu. Imbaghad l-iktar li ma tahmilx ukoll lil Emmy Bezzina u John Zammit ghax tghid li dawn m'ghandhomx nies warajhom. Pero' tax-Xewka ghamlu l-investigazzjoni taghhom u sabu li Daphne tkun qed tigdeb meta tghid hekk, ghax Emmy Bezzina u John Zammit dejjem kellhom sala mimlija nies sa anke mlew is-sala tal-Holiday Inn gewwa tas-Sliema u tas-Suncrest Hotel gewwa l-Qawra, araw.....mhux hawn taht! Harsu lejn ir-ritratt ta' fuq, ghax il-kompjuter ghedtlu biex igibli r-ritratt hawn taht, izda tefahhuli fuq nett. Issa ma nafx kif nista' naghmel. Imma l-Daphne kxifniha meta tghid li Emmy Bezzina u John Zammit ma jkollomx nies warajhom....biss biss bejniethom gabu 800 vot! Allura Daphne!!!!



HAWWADNI HA NHAWWDEK!!!

X'tahwid!!! X'tahwid!!! F'daqqa wahda f'Malta hawn tahwida shiha, nhar il-Gimgha 5 ta' Dicembru 2008, fuq ix-Xarabank tat-TVM Jason Micallef tal-Lejber u Pawlu Borg Olivier tan-Nazzi bdew jghajjru 'l xulxin ghax ma jafux jibghatu e-mail, ghax Pawlu Borg Olivier ried jibghat e-mail lil diversi nies u bi zball b'allec gralhom bhal John Zammit tal-Liberali li bi zball marritlu ghand Joe Mizzi u baghat wahda lil Jason Micallef minflok Jason Azzopardi.

Din ta' l-e-mails hija problema ghax mhux l-ewwel darba tmur ghand xi hadd iehor. Imbaghad jerga' aghar meta tmur ghand l-ghadu tieghek. Per ezempju dan l-ahhar iktar ma hemm kwistjoni bil-qorti bejn John Zammit u Joe Mizzi, John Zammit ircieva sms minghand Mizzi jistiednu ghad-dinner dance li dan ta' l-ahhar se jaghmel fin-Nigret Nightclub. Dan biex tara kif qed jithawwad kollox, nahseb jien il-magistrat ghandu tahwida shiha biex isolvi u jekk kulhadd, kull min jircievi e-mail bi zball bhal ma ghamel ukoll il-boccu ghax dak ukoll ircieva xi wahda bi zball. Imma li qed jigri hu li jibghatulek e-mail u maghha ma jkunx hemm l-indirizz tieghek biss, izda jkun hemm hafna u dawn hafna drabi jkunu b'tipi zghar li bil-kemm tarahhom u allura, int tmur tirrispondi u meta tibghat lura jew jekk jghidulek pass it on u taqbad u taghfas il-buttuna ssib li marret ghand hafna nies ohra u anke gieli ghand min ma tridx tibghat!

Issa naraw kif se jsolvuha Jason u Pawlu, li nafu zgur li l-istazzjonijiet tal-lejber u n-nazzi l-ahbarijiet qed jimlewhom bihom u min jaf kemm ghandhom sejrin biha. U veru li hafna drabi fl-ahbarijiet ta' Malta hlief hmerijiet ma jkunx hemm u l-anqas ikollhom biex jimlew hlief bic-cucati, izda l-aktar li jkollu cucati huwa TVM li ha! ha! ha! rebah il-premju ta' l-istazzjon tas-sena, imma John Zammit li il-hin kollu qed jigi bbojkottjat jajjarhom tal-habba gozz! Bil-haqq ma rajtuhx l-istazzjon tat-TV Daniz x'dokumentarju hareg dwar Malta u kemm taw prominenza kbira lil John Zammit, jibda' mill-bidu John Zammit, hemm Emmy Bezzina, l-Ajjutallah Anton Gauder, Peppi Azzopardi, Daphne Caruana Galizia (dik li ssahhar il-Bidnija) Lou Bondi u dak l-imhawwad ta' kontra l-abort Vincenti u la jidher dan naraw lit-tabiba Rebecca Gomperts li sfidathom u dahlitilhom Malta. Insomma matul il-film John Zammit jidher l-aktar ghax kull darba jidhol hu u sa anke jaghlaq id-dokumentarju hu! Mela l-istazzjonijiet ta' Malta ma jgibuh qatt lil Zammit. Zammit ta' ragel li hu qalilhom lil ta' l-Awtorita tad-Dardir li bi protesta se jgib gurnalisti barranin u jurihom x'inhu ghaddej gewwa Malta u kemm hawn tahwid! Prosit Zammit urihom kemm int kapaci u taghtix kas, hallih ihabbat il-bahar u ibqa' miexi.