Friday, December 26, 2008

TAT-TVM NEWS MARRU L-BAHAR!?!

Mhux ta' b'xejn l-ahbarijiet ta' l-istazzjonijiet Maltin dejjem qed inaqqsu mill-udjenza ghax minbarra hafna cucati u tghajjir tal-One News kontra tan-NET News, tat-TVM News kwazi kollox tan-NET News u kollox spicca l-istess. Kienet ideja tajba ta' l-istazzjon fuq l-internet tan-NAKED NEWS ghax vera saru popolari....siehbi, specjalment Lino Cassar m'ghandux ghalfejn jixtri l-Playboy issa ghax anke l-ahbarijiet jista' jarahhom jinqraw minn tfajliet sbieh gharwenin. Harsu x'ghazla ghandna....kolhadd jixtri l-kompjuters halli nikklikkjaw fuq in-Naked News....mhux ta' b'xejn il-pjazza tal-Vatikan nhar il-Milied waqt il-barka Urbi et Orbe kwazi kienet vojta!?!?

KEMM SAR IMPORTANTI JZ

L-ewwelnett min huwa JZ...hadd hlief John Zammit mexxej tal-Liberali Maltin...u ghaliex sar daqshekk importanti...ghax jekk taraw sew din il-karozza specjali ma hi ta' hadd hlief ta' DOM MINTOFF! Hemm qieghed quddiem hdejn ix-xufier tieghu...u fejn tahsbu li qieghed Dom Mintoff...fi Triq il-Missjoni Militari Taljana, jew ezatt quddiem il-qasam tal-Bini ta' l-Irnella fejn joqghod JZ...u lil min gie jzur...lil hadd hlief lil John Zammit u dan kien nhar l-Erbgha 17 ta' Dicembru 2008....imma jiddispjacina mhux se nghidulkom izjed ara....nghidulkom biss li JZ nhar it-Tlieta 10 ta' Dicembru kien ghamel zjara lill-mexxej tal-Lejber Dr. Joseph Muscat fil-kwartieri taghhom tal-Hamrun.... Jghidu li fil-passat missier John Zammit meta sar li split bejn Mintoff u Boffa l-istess kien spicca....jimmedja u jwassal messaggi mportanti bejniethom. Min jaf x'inhu ghaddej minn wara l-kwinti!!!! Skond l-ghasfur kien l-appell li ghamel JZ lil Joseph li malli sar mexxej tal-Lejber imur jigri jirranga ma' Mintoff u anke nformati li JZ kien dahhal f'halq Joseph Muscat il-kliem "Inhobbkom kollha....."

GOOD GOLLY MS MOLLY!!!



B’effett mit-30 ta’ Dicembru, 2008, il-Maltin mhux se jkollhom bżonn iżjed il-visa biex isiefru lejn l-Amerika. Dan il-pass hu riżultat ta’ ftehim li Malta ffirmat mal-Amerika f’April li ghadda. Biex persuna tkun eligibbli, irid ikollha passaport biometriku validu, li bdew jigu ntrodotti minn Ottubru li ghadda. Minbarra hekk, il-persuna li se ssiefer ma tistax iddum iżjed minn 90 gurnata fil-pajjiż. Biex tkun eligibbli, trid tkun kisbet l-ESTA (Electronic System for Travel Authorisation) li hi awtorizzazzjoni elettronika ghall-ivvjaggar li tista’ tinkiseb mill-indirizz www.usembassy.gov sa 72 siegha qabel il-vjagg.
Issa almenu fl-ahhar sar xi haga ghal gid tal-Maltin u bil-qalb nghidu lill-Ambaxxatrici Amerikana...Good Golly Ms Molly Bordanaro.....haqqu Gonzi jtiha bewsa, issa!!!!