Monday, September 8, 2008

SPEEDY GONZALES


Speedy Gonzales why don't you go home...hekk qaltlu l-kancilliera Germaniza Angela Merkel. Malli narak qalbi tant tibda tferfer li jkun se jtini attakk tal-qalb, allura ahjar meta narak nibda nkantalek li Speedy Gonzales halli titlaq 'l hemm, lejn pajjizek ghax se tghallini, specjalment b'dik id-dahka li ghandek, li f'Malta sirt naf li meta tinqabad f'xi gidba, ghax twieghed xi affarijiet lill-Maltin u mbaghad issib li ma tkunx tista' taghmilha tibda' tidhak. Veru li dak ta' Dissett tat-tv tal-baqra gejja Bugejja qabdek fuq sieq wahda diversi drabi u mbaghad bdejt tidhak u ma stajtx twiegbu?! Mela sew qaluli! Speedy Gonzales why don't you go home!!!! Taf min qalli hekk tax-Xewka! Mhux dak it-twil ix-xih, le dan ghadu zghir. Qalli li jismu DIDINU, izda m'ghandu x'jaqsam xejn ma' Ninu taz-Zurrieq. Dak smajt li issa qieghed paxxut fil-villa tal-ground tal-futbal u jiccelebra l-festa ta' Santa Katarina.

FENECH ADAMI GHAND TAL-HABBAZIZ


In-Nazzjonalisti ma jaghmlux kutrumbajsi tafux! Jghidu li tal-Lejber jaghmluhom biss! Izda in-Nazzi ilhom hajjithom kollha jaghmlu l-kutrumbajsi, din hija wahda eccezzjonali ghax wara li Duminku l-Kbir kien stabbilixxa relazzjonijiet ma' Gaddafi u dan iggarantilna l-futur taghna meta Mintoff tefa' l-Inglizi 'l barra b'kull ma kellhom, in-Nazzi, l-aktar Fenech tat-Tadami kien jghajjar lil tal-Lejber li jaghmluha ma' tal-Habbaziz...sa anke kkundannaw li Mintoff gab lil Gaddafi Malta fil-31 ta' Marzu 1979 - JUM IL-HELSIEN, izda din kollha ghejra kienet, ghax wara li telghu fil-gvern tghidx kemm marru jigru ghand Gaddafi. Hemm araw ibusu jonqsu l-fenek...allura mhux right about turn jew kif jghidu n-nazzi kutrumbajsa din!!!??? Issa se jgibu lil Gaddafi huma Malta.

TONY U JERRY


Mhux Tom and Jerry, izda Tony u Jerry. Qed nidhak b'Tony Zarb ghax qal fuq it-televixin ta' Malta li jhobbni hafna u anke malli jarani jieqaf minn kull ma' jkun qed jaghmel. Izda l-aktar li nidhak b'Tony Zarb huwa b'dik iz-zaqq li ghandu. Tony hija ghamel xi haga ghax ma jistax ikun. Trid nghidlek x'taghmel...ibda mur ghax-xoghol kuljum bil-mixi hi...itlaq ftit qabel u mhux jigi x-xufier ghalik!!!!
Tiskanta kull segretarju generali tal-General Workers' Union kien ihobb xi haga! Jack Calamatta kien ihobb il-wiski u meta jigi hdejk ikun stordut u in ecstasy b'rieha taqsam ta' wiski. Anglu Fenech kien ihobb il-Beatles u anke kien idoqq f'xi beat grupp lokali...izda l-aqwa wiehed kien Joe Attard Kingswell ghax kien ihobb lil Mintoff tant li ghamel glieda boxing ma' Mintoff u mintoff kellu jaghmel stamperija ghalih ghax Kingswell ma riedtx ikompli jistampalu l-gazzetta l-Helsien! Insomma kulhadd ghandu tieghu.....