Thursday, January 8, 2009

KURTUMBAJSI TAL-PN

Tal-PN dejjem isemmu l-kutrumbajsi li jaghmlu jew ghamlu tal-Lejber, pero fost l-aqwa kutrumbajsi li tal-PN ghamlu kienu meta kienu huma l-ewwel li gabu ambaxxatur Sovjetiku f'Malta fl-1967 u wara li l-gvern tal-Lejber kien stabbilixxa relazzjonijiet diplomatici mal-Korea Komunista fis-snin sebghin tal-PN baqghu sal-lum jilqghu u jzommu kuntatti mal-komunisti. Bhala prova naraw ir-ritratt tal-Ambaxxatur Korean ta' Fuq ghand il-President Edward Fenech Adami jipprezentalu l-kredenzjali. Altru mhux tal-Lejber biss jaghmluhom il-kutrumbajsi!!!

PRESIDENT JOJO JEW GOGO!!!???

Nibdew is-sena 2009 billi nawgurawlkom sena tajba u ahjar mill-ohra! Nisperaw li ghaddejtu l-vaganzi tajjeb u kiltu u xrobtu u gawdejtu! Dan l-awgurju jasal lilkom mill-istaff tax-Xewka 4 kollu. Diversi nies fahhru din l-inizjattiva u anke jridu li tibda' terga' tohrog stampata. Izda llum ma' ghadux possibbli kemm minhabba l-ispejjez, kemm biex niffrankaw u nsalvaw is-sigar u anke minhabba li tirrikjedi hafna xoghol ta' gbir ta' riklami u distribuzzjoni li mhux possibbli. Hekk kull ma tridu taghmlu huwa li jkollkom kompjuter u tnizzlu kopja stampata u dan jista' jsir mad-dinja kollha. AWGURI u komplu aqraw Ix-Xewka 4!!!!
-
Mela fl-ahhar wasal it-tmiem tal-president fenek tat-tadam (dak li nofs il-popolazzjoni ma
gharfitux bhala president taghha) u qed jinghad hafna dwar il-president il-gdid ta' Malta. Qed jissemmew diversi nies u anke tal-Lejber qed isemmu xi wiehed minn taghhom. L-Alternattiva u tal-Liberali, s'intendi lil dawn mhux se jtuhom xi cans isemmu lil xi hadd, bhal per ezempju kieku ta' l-Alternattiva jipproponu lil Harry Vassallo u tal-Liberali jipproponu lil Emmy Bezzina (ghax John Zammit zgur ma jkunx iridha ghax dak dejjem ihobb joqghod f'xi rokna u c-cerimonji jobghodhom bhal siehbu Duminku Mintoff). Insomma inkomplu...din tal-president jghidu x'jghidu, anke mir-ritratt tidher cara min se johodha, u jekk minghalikom tahsbu li Gonzi ma jigdibx, jew jigdeb, tindunaw minn wiccu! Ghax jekk Gonzi tistaqsih xi haga u jghid le, izda fl-istess hin ikun qed jidhak, igifieri tkun se tkun iva. Mhux ta' b'xejn fit-teatru ta' l-istitut kattoliku fil-Furjana Gorg Micallef u l-Valletta Drammatic Company se jipprezentaw il-kummiedja "Hawwadni ha Nifhmek" li r-radju u t-TV tan-Nazzi qed jirreklama l-hin kollu u anke l-hin kollu jqassmu l-biljetti b'xejn billi jtellghuhom f'kompetizzjoni! Ha! ha! Ha!

L-AQWA PLATT TAS-SENA 2008

Bla dubju ta' xejn fost l-aktar affarijiet li s-sena 2008 kienet maghrufa ghaliha kien l-aqwa platt u ricetta tas-sena! U dan il-platt jerga' hareg mill-aqwa post f'Malta imsejjah "state of the art" igifieri mill-isptar Mater Dei. Darba fil-passatt ukoll baqa jissemma platt u ricetta specjali u dan kien maghmul minn ricetta tal-PJOTI li dak iz-zmien minghalina konna ghadna minghajr stazzjon tat-televixin Malti u kienet ixxandret minn fuq ir-Rediffusion. Il-bqija s-sena 2008 ma kien fiha xejn specjali hlief il-fjaski li ghamel GonziPN u shabu li mhux talli hallewna minghajr il-bozoz li ma jahlux, izda talli tant gidbu u hawwdu u biex jghattu l-fjaski taghhom ipprovaw jaljenaw lill-poplu li se jibnu t-teatru u bieb il-belt, igifieri regghu qed idoqqu l-istess diska li ilhom idoqqu dawn l-ahhar ghoxrin sena li tal-PN ilhom fil-Gvern. Ahjar GonziPN jara kif se jhallas lill-importaturi tal-medicini u d-dejn kollu li ghandu.....

TLIFNA 'L-GEMMA

Bla dubju bhala gazzetta umoristika u bhala l-aqwa mara li kellna f'Malta u Ghawdex ma nistghux ma nsemmux li fis-sena 2008 tlifna lil famuza GEMMA PORTELLI (ritratt). Zgur li l-palk Malti, it-televizjoni, ir-radju u f'kull qasam konness se tibqa' msemmija Gemma, izda bhala mara fl-umorizmu zgur se jibqa' vojt kbir minghajrha. Ahna nsellmulha u lil familjari taghha. Huwa veru li Hadd wara Hadd kulhadd irid jitlaq u naghmlu x'naghmlu m'ahniex ghal hawn, izda l-memorji taghha zgur li se jibqghu maghna ghal hafna u hafna snin. Insellmulek Gemma.