Sunday, September 7, 2008

EMMY GHAL RE!?!


Emmy x'se jaghmel? Se johrog bhala kandidat ghall-Parlament Ewropew jew qed jahseb ghal xi haga ohra? Skond taghrif li ghandna minn dan ir-ritratt qed jimmagina jekk ikunx xi Re ta' xi pajjiz ezotiku jew x'imkien fl-ispazju. Hemm kulhadd ikun "in ecstasy" billi joqghodu jahsbu f'termini spazjali fl-eternita' ta' l-ispazju! Hawn min ikun "in ecstasy" meta jixrob grogg whisky, jew jixrob flixkun birra jew tazza imbit. Hawn min ikun "in ecstacy" meta jara lil xi hadd bhal Joe Mizzi dak li jtella' z-zejt! U hawn min ikun "in ecstacy" meta jara xi mara nuda (eqq Lino Cassar - hallik mill-Playboy). Hemm ukoll Gorg WC Bush li malli ssemmilu lil Bin Laden mhux "in ecstasy" jigi imma minn jaf x'jigrilu.
Insomma ahna nawguraw lil Emmy Bezzina li jsir dak li jixtieq halli forsi lill-kurjalisti ikkazokkati jhallihom bi kwiethom jaghmlu l-missjoni taghhom, jigbru l-miljuni ta' l-ewro u jieklu tajjeb, b'zaqqhom dejjem mimlija, bis-sefturi jduru bihom u fuq kollox l-isqfijiet li hargu qatta bla habel kontra d-divorzju, joqghodu fil-palazz taghhom paxxuti, sakemm jerga' jigi Kristu fid-dinja u jaqlibhom minn fuq it-tron u b'daqqa ta' sieq kull wiehed igerrbibhom u jibghathom jaghmlu l-missjoni vera li suppost kien qalilhom li ghandhom jaghmlu.

GWERRA FL-IRNELLA


Minn gol-kwiet bla hoss tal-Irnella fil-Kalkara faqqghet gwerra tal-Lvant Nofsani bejn wiehed tal-Lejber li qal li jekk itellghuh "itella' z-zejt" u l-iehor tal-Liberali li jrid igib id-divorzju u n-nudisti. Ta' l-ewwel li maghruf li l-ewwel joqghod jaqbad man-nies, kif fil-fatt ghamel mal-girien kollha ta' madwaru, u meta jkun minn taht imur ghall-kenn tal-pulizija, mar jigri jirrapporta lil ta' l-ahhar (Zammit) imma Mizzi ghandu jkun nesa' x'kien gralu siehbu Bonnici ta' Haz-Zebbuga meta kellu xi jghid ma' Zammit. Zammit malajr kien pront beda jispara l-kanuni, ghalkemm il-missili u l-bomba nukleari se jhallihom ghall-ahhar (bhall-Iran). Issa naraw x'se jigri aktar 'il quddiem!!!!!! Pero' Zammit diga' qallu lil Mizzi li mhux se jibza' li l-kelb tieghu li huwa fox terrier ghandu l-privilegg parlamentari.....li hu zgur li malli Zammit spara laqat is-siggu tal-parlament ta' Mizzi u zlogahhulu, tant li issa qed joqghod wara (back bencher) skond ma deher fl-ahbarijiet tat-tv.

BDEW JAGHTU DAQS KELB U QATTUS


IVA...MA' DAN ICCAJTAW!!!!

VIVA L-ILJUN

POEZIJA - KONT NEMMEN

Jien kont nemmen
izda m'ghadnix,
dana ghamiltu
ghax ma hallewnix.

b'pajjizna mifni
b'fanatizmu religjuz,
inhoss ruhi f'dinja
mhawwad u konfuz.

Ma naghtix tort
lil min sar ateu,
ghax ir-religjon
saret mimlija odju.

Priedki ghandna hafna
izda kemm hemm verita',
biex meta nigu ghall-fatti
naghmlu kollox bl-onesta'.

Le m'ghadnix nemmen
zgur ma ttinix tort,
dinja mhawwda
kull pajjiz li zort.

UMAN

IX-XEWKA 4



Tiftakruhom il-gazzetti IX-XEWKA li Lino Cassar kien hareg mis-snin sebghin, kien hemm IX-XEWKA II u wkoll IX-XEWKA III, b'ta' l-ahhar tkun edittjata minn Narcy Calamatta bl-ghajnuna ta' John Zammit. Ta' min ighid li John Zammit kien ighin fit-tlett gazzetti "Ix-Xewka" kemm ta' Lino Cassar u wkoll ta' Narcy Calamatta. Kien jikteb poeziji, artikoli umoristici, jedittja u jittajpja, sa anke dak iz-zmien meta kien il-Freedom Press kien jittajpjaha bil-'Linotype'. Issa wasal iz-zmien li IX-XEWKA terga' tohrog izda f'forma differenti - fuq l-Internet. L-editur taghha se nsejhulu DIDINU ghalissa. Nisperaw li toghgobkom.....