Sunday, October 5, 2008

NO COMMENTS!

Ix-Xewka 4 waqt li tkun attenta fuq kollox u kull ma' jkun qed jigri (inkluz xi tkun qed tghid is-Sahhara tal-Bidnija), qabdet din l-attivita' gewwa l-universita', izda minhabba s-sitwazzjoni kritika li tinsab fiha l-universita' bhalissa mhux se tikkummenta, kemm minhabba xi libel, li l-Maltin jiddilettaw bihom hafna, izda ahna avolja joffenduna u jkun hemm diversi drabi li naghmlu libelli, ahna ma naghmluhomx, anzi rridu nghallmu lil kulhadd biex jidra jiehu cajta u minghajr ma joqghod jaghmel il-libelli.

Ghalhekk ahna se nhallu ghad-diskrezzjoni taghkom x'tahsbu li gara f'dan ir-ritratt, imbaghad il-lekcerers u dawk il-haddiema ta' l-universita' jekk jiehdux iz-zieda li jixtiequ hija bicca ohra. Ghalkemm diversi ilsna hziena bdew jistaqsu kif jista' jkun ta' l-universita' jiehdu dawk iz-zidiet li qed jitolbu meta tat-tarzna tefghuhom 'il barra u haddiema ohra f'hafna postijiet jinsabu mdendlin!!! Insomma issa naraw....halluh ihabbat il-maltemp!!!!

KOMPETIZZJONI TAD-DAHK!



Idhak Emmy, idhak...!!!! qed jixxerdu xnieghat li se ssir kompetizzjoni ta' min jidhaq l-iktar u fil-kategoriji se jkun hemm dawk li jidhku l-aktar, dawk li jidhku l-isbah u wkoll dawk li skond il-proverbju Malti min jidhak l-ahhar.....

Huwa maghruf li l-iktar li qed jissemmew li jistghu jkunu r-rebbieha u fil-finali zgur se jkun hemm GonziPN u difficli biex Emmy Bezzina jirbahlu lil dan GonziPN ghax huwa c-campjin tad-dinja diga' dwar kemm jidhak. Li jista' jkun li jigri izda li peress li GonziPN meta jkun wieghed xi haga u ma jkunx jista' jaghmilha, minflok li jidhak sabih, jidhak ikrah, bhal ma dahak bil-haddiema tat-Tarzna, li qabel l-elezzjoni qalilhom li hadd minnhom ma hu se jitkecca!?!? Insomma issa naraw....pero' Emmy zgur jidhak sabih, arawh fir-ritratt! Prosit Emmy, keep it up!!!

ZAMMIT JIKKANVASSJA


John Zammit tal-Liberali ta' Malta tant hadha bis-serjeta' l-kampanja tieghu ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li sahansitra mar jikkanvassja Kopenhagen. Imma jekk ma tafux mhux talli kkanvassja u rnexxielu li issa sirna nafu li l-Prim Ministru Daniz, Anders Rasmussen tant ghogbu Zammit li se jibghatlu kelliem tieghu jitkellem f'konferenza li se jorganizza dan ix-xahar gewwa l-kwartier tal-Liberali ta' Malta gewwa l-belt Valletta, nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru. Qed taraw kif Zammit qed jirnexxi u li jekk ittellghuh fil-Parlament Ewropew zgur se jkun success ghal Malta u l-Maltin u s'intendi l-Ghawdxin ma ninsewhomx!

QABDU MAL-QTATES


Meta n-Nazzi jkunu ghaddejjin minn hafna tahwid biex jghattu xturhom jaraw jaqbdux ma' xi hadd. Dan l-ahhar wehilna ahna l-qtates ma' rashom u issa qed jghoddu kemm hemm eluf ta' qtates jigru barra u kemm qeghdin gewwa. S'intendi shabna l-klieb ukoll issemmew. Ahjar GonziPN jara kif se jsolvi l-problemi li gab lil Malta fihom u lilna jhallina! Mhux l-ewwel joqghod iwieghed hafna affarijiet li kien jaf li ma jistax jaghmilhom, imbaghad wara l-elezzjoni gab l-iskuza ta' dak li ghamel siehbu l-Bush ta' l-Amerika, li waqqa' kollox ghal isfel inkluz il-Kapitalizmu! Eh, bil-haqq fejnu siehbu il-Feneck tad-Tadam li jiftahar hafna li l-komunizmu kkrolla, mela issa l-kapitalizmu xi gralu! Nahseb ahjar immur ma' John li jzomm l-id jew Zammit tal-Liberali ghax issa qed jghidu li l-liberalizmu se jiehu d-dinja.... Mela halluna lilna l-qtates ghax bi protesta mmorru mal-liberali....