Wednesday, November 26, 2008

KRISTU GHADU RE??

Il-Hadd li ghadda f'Malta giet iccelebrata l-festa ta' Kristu Re fl-izghar (kwazi) rahal ta' Malta tal-Kalkara. Hafna jiftakru meta fis-snin imghoddija din il-festa kienet tigi ccelebrata bil-pompa tant li kienu jimlew il-fosos tal-Furjana aqwa mill-aqwa meetings ta' l-akbar massa li kellhom tal-Lejber u n-Nazzi. Imma nahseb li gralhom bhal ma' qalilhom Karmenu Mifsud Bonnici li qabel kien imlahhaq fl-Azzjoni Kattolika u issa jmexxi l-Kampanja ghall-Indipendenza Nazzjonali (CNI) li jekk nidhlu fl-Unjoni Ewropeja Malta ma kienetx se tibqa' Kattolika. U veru ghax kulhadd qed jitlaq mill-knisja sa anke l-qassisin u s-sorijiet u tisma haxx haxx minn taht x'sar minnu t-tali qassis jew patri u anke t-tali soru. Mhux ta' b'xejn Sister Joan dik li taghti xebgha lill-irgiel ma tridx tghid x'sar minnha Sister Marija, u kif hafna Maltin qed jaqilbu mal-Gehova, Musulmani u ma' religjonijiet ohra u sa hawn ukoll min qed jghid li alla tieghu maghmul minn erba' persuni: Dom Mintoff ghax salva lil Malta, Napuljun ghax heles lil Malta mill-Inkwizizzjoni u l-kavallieri, Vladimir Lenin ghax nehha lill-haddiema minn skjavi u tahhom id-drittijiet li kien jisthoqqilhom u John Lennon talli gab rivoluzzjoni muzikali kbira u jahdem ghall-paci (alla b'erba' persuni). Ghandha ragun Sister Joan taqleb ghajnejha u Dun Anton Gouder irid jerga' jgib id-dnub il-mejjet tas-snin sittin. Smajtuha ta' l-ahhar: Michael Jackson sar Musulman ukoll. Hi fejn wasalna!!!

BEAUTY JUSTYNE

Bla dubju ta' xejn l-isbah mara li ghandna gol-parlament Malti hija l-blondija, Ghawdxija, sbejha, Justyne Caruana, izda mhux din biss, tal-Lejber ghandhom ukoll lill-Marie Louise Coleiro Preca, (double burrel fuq double burrel), lis-sexy bomba Helena Dalli (oqghod kwiet xitan Lino Cassar ghax taqla' xi daqqa' go wiccek) u issa wkoll lil Marlene gellieda Pullicino .... ma nafx jekk baqghetx Orlando USA ukoll. In-Nazzi flok ziedu naqqsu ghax gew bi tnejn nisa, iktar ma' ghamlu kummissjonijiet biex izidu n-nisa fil-parlament u kullimkien biex kif ighidu jgibu ugwaljanza vera. Imma l-bicca qeghda li n-nisa tal-Lejber tant huma sbieh u jsahhnuk meta tarahhom u tajbin ghal meta jkun il-bard ghax ma jkollokx bzonn heater u tiffranka l-elettriku jew il-gass, waqt li tan-Nazzi t-tnejn ma tantx jigbduk ghax wahda kollha qdusija u qisha cappsa u l-ohra qisha lasta ta' ........ Pero' ara biex ma jiehdux ghalihom kollha jahdmu kemm tal-Lejber u anke tan-Nazzi!!!! Ejjew nisa iktar halli nimlew il-parlament u nehilsu mill-maltemp!!!!!

IX-XITAN M'GHANDUX HALIB

Ix-xitan m'ghandux halib, veru, ghax kif qed taraw, (forsi mhux kulhadd jaf) li hawn joqghod il-ministru ta' bla portafoll (li hu mnizzel bhala l-uniku bla portafoll li qatt kien hemm fl-istorja tal-parlament Malti) u peress li ghamel ghoxrin sena fl-oppozizzjoni u jekk jghix sa' l-ahhar tal-legislazzjoni li qeghdin fiha fadallu sas-sena 2013 biex forsi jittama li jsir ministru, issa fil-bajja famuza ta' l-Irnella ezatt quddiemu gabulu rig taz-zejt, ghax peress li l-hin kollu jrid itella' z-zejt u l-hin kollu jwieghed li jekk itellghuh fil-parlament itella' z-zejt, issa qalulu ghandek ic-cans ghax ir-rig taz-zejt gabuh fil-bajja tieghu, igiefieri ta' Joe Mizzi.

Izda tax-Xewka sirna nafu li dan Mizzi mhux talli mhux se jtella' z-zejt, izda tant ma fadallux zejt f'wiccu li se jtella' lil girien tieghu li qieghed hajt ma' hajt, John Zammit tal-Liberali (bniedem kwiet u integru u ma jhobx jaqla' nkwiet ma' hadd) il-Qorti talli dan wara li Joe Mizzi ilu jibbuljah, fl-ahhar ma ssapportiehx aktar u baghtlu xi e-mail fejn baghtu jixxejjer wahda sew. Allura Joe Mizzi li l-hin kollu jiggieled ma' kulhadd mhux veru se jtella' z-zejt, dak jghid hekk biex jitmejjel bikom, ghax l-iktar li huwa maghruf hu biex itella' n-nies il-qorti jew quddiem il-parlament bi ksur ta' privilegg. Araw il-lista tal-ksur tal-privileggi quddiem il-parlament Malti jekk hux Joe Mizzi qieghed l-ewwel. Ejja Guz tella' z-zejt!!!!

HBIEB TAL-HBIEB

Hemm huma l-hbieb tal-hbieb u tal-qalb tal-qalba, u wara li Fenech Adami li tant kien ma jahmilx il-komunizmu u jiftahar li "il-komunizmu ikkrolla", issa fir-ritratt fl-aqwa xena li qatt kellu mal-akbar kapitalist Taljan tal-qalba Berlusconi, gara li issa anke il-kapitalizmu kkrolla.
Issa x'se jghid Edward: "ikkrolla l-kapitalizmu" ma' "ikkrolla il-komunizmu". Edward mela nsejt li dak li tixtieq lil haddiehor jigi fuqhek!!!!

Iva issa kkrolla l-kapitalizmu u sar dahna u alla jaf x'ghad irid jigri u kemm u minn x'hiex se tghaddi d-dinja u ahna maghha. Sewwa jghidu li hadd wara hadd tasal ta' kulhadd!!!!


WELCOME BARACK OBAMA

Obama rama

Obama rama

helisna minn George Bush.

Obama rama

Obama rama

Issa spicca Bush ic-cuc.

Obama rama

Obama rama

Harbat lid-dinja, Bush bla flus.

Obama rama

Obama rama

Kisser id-dinja bil-gwerra Bush.

Obama rama

Obama rama

Good riddance and f _ _ k Bush.

Amabo Hsub