Friday, December 26, 2008

TAT-TVM NEWS MARRU L-BAHAR!?!

Mhux ta' b'xejn l-ahbarijiet ta' l-istazzjonijiet Maltin dejjem qed inaqqsu mill-udjenza ghax minbarra hafna cucati u tghajjir tal-One News kontra tan-NET News, tat-TVM News kwazi kollox tan-NET News u kollox spicca l-istess. Kienet ideja tajba ta' l-istazzjon fuq l-internet tan-NAKED NEWS ghax vera saru popolari....siehbi, specjalment Lino Cassar m'ghandux ghalfejn jixtri l-Playboy issa ghax anke l-ahbarijiet jista' jarahhom jinqraw minn tfajliet sbieh gharwenin. Harsu x'ghazla ghandna....kolhadd jixtri l-kompjuters halli nikklikkjaw fuq in-Naked News....mhux ta' b'xejn il-pjazza tal-Vatikan nhar il-Milied waqt il-barka Urbi et Orbe kwazi kienet vojta!?!?

KEMM SAR IMPORTANTI JZ

L-ewwelnett min huwa JZ...hadd hlief John Zammit mexxej tal-Liberali Maltin...u ghaliex sar daqshekk importanti...ghax jekk taraw sew din il-karozza specjali ma hi ta' hadd hlief ta' DOM MINTOFF! Hemm qieghed quddiem hdejn ix-xufier tieghu...u fejn tahsbu li qieghed Dom Mintoff...fi Triq il-Missjoni Militari Taljana, jew ezatt quddiem il-qasam tal-Bini ta' l-Irnella fejn joqghod JZ...u lil min gie jzur...lil hadd hlief lil John Zammit u dan kien nhar l-Erbgha 17 ta' Dicembru 2008....imma jiddispjacina mhux se nghidulkom izjed ara....nghidulkom biss li JZ nhar it-Tlieta 10 ta' Dicembru kien ghamel zjara lill-mexxej tal-Lejber Dr. Joseph Muscat fil-kwartieri taghhom tal-Hamrun.... Jghidu li fil-passat missier John Zammit meta sar li split bejn Mintoff u Boffa l-istess kien spicca....jimmedja u jwassal messaggi mportanti bejniethom. Min jaf x'inhu ghaddej minn wara l-kwinti!!!! Skond l-ghasfur kien l-appell li ghamel JZ lil Joseph li malli sar mexxej tal-Lejber imur jigri jirranga ma' Mintoff u anke nformati li JZ kien dahhal f'halq Joseph Muscat il-kliem "Inhobbkom kollha....."

GOOD GOLLY MS MOLLY!!!



B’effett mit-30 ta’ Dicembru, 2008, il-Maltin mhux se jkollhom bżonn iżjed il-visa biex isiefru lejn l-Amerika. Dan il-pass hu riżultat ta’ ftehim li Malta ffirmat mal-Amerika f’April li ghadda. Biex persuna tkun eligibbli, irid ikollha passaport biometriku validu, li bdew jigu ntrodotti minn Ottubru li ghadda. Minbarra hekk, il-persuna li se ssiefer ma tistax iddum iżjed minn 90 gurnata fil-pajjiż. Biex tkun eligibbli, trid tkun kisbet l-ESTA (Electronic System for Travel Authorisation) li hi awtorizzazzjoni elettronika ghall-ivvjaggar li tista’ tinkiseb mill-indirizz www.usembassy.gov sa 72 siegha qabel il-vjagg.
Issa almenu fl-ahhar sar xi haga ghal gid tal-Maltin u bil-qalb nghidu lill-Ambaxxatrici Amerikana...Good Golly Ms Molly Bordanaro.....haqqu Gonzi jtiha bewsa, issa!!!!

Friday, December 19, 2008

XEWQAT SBIEH GHAL KULHADD

L-istaff ta' "Ix-Xewka" jawgura lil Maltin u l-Ghawdxin kollha, huma fejn huma anke ta' l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada u ma ninsewx l-iktar importanti ta' Brussel, ghax minn hemm issa niddependu hafna u fuq kemm se ngibu flus mill-Unjoni Ewropeja u wkoll dawk kollha mxerrdin mad-dinja, l-isbah xewqat u nawguraw li d-dinja niehduha aktar bic-cajt u ma niehdux ghalina jew noqghodu naghmlu l-libelli. Naqtghuha l-ahwa tal-libelli, nidraw niehdu cajta halli forsi fl-ahhar nibdew vera nittolleraw lil xulxin u nghixu aktar fil-paci...

AUSTIN TAL-FUNERALI!?!

Hallu f'idejn Austin Gatt u zgur ma jiddispjacikomx is-sena d-diehla 2009 probabbli Malta tal-GonziPN se jgibu lil Malta cimiterju..... (karikatura bil-kortesija tat-Times of Malta) Prosit lit-Times ghax almenu mhux lil tal-Lejber biss tikkritika!

IT-TALIBANI FIL-QORTI TA' MALTA

Mela fil-qorti ta' Malta kultant jew joholmu jew jivvintawhom. Holmu li johorgu regolament li l-avukati nisa ma jistghux jilbsu l-qalziet bhall-irgiel, izda d-dublet. Tghidx x'ma nqalax min beda jghid bit-Talibani u Ligijiet tat-Talibani u dawk tal-Kummissjoni ta' l-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel hargu wkoll jghajtu bid-diskriminazzjoni, ecc ecc. Izda meta wara li nqala' dan kollu u erhilhom kulhadd jikkummenta fil-gazzetti ecc, s'issa hadd qisu ma jaf x'gara jew x'se jigri.

Li kultant nafu zgur li fil-qorti ta' Malta, specjalment quddiem il-qorti jkun hemm kulhadd barra u b'paniku kbir kulhadd jibda' jsemmi bombi u mhux bombi, min jghid gie Ben Laden, ecc. U dan wara li "Ix-Xewka" investigat li rat esperti tal-forzi armati ta' Malta dehlin bl-istrumenti biex jaraw hemmx xi bomba bhal ma gara nhar it-Tnejn 24 ta' Novembru 2008. Din tal-bombi fil-qorti mhux l-ewwel darba li saret u minhabba f'hekk tghidx kemm jinhela hin u nies ikunu hadu l-leave minn fuq ix-xoghol ghalxejn.

Izda la qed nitkellmu fuq il-bombi fil-qorti jekk tridu taraw zewg avukati tassew BOMBA araw lil avukati Anna Mallia u Yana Micallef Stafrace ghax veru minbarra li huma mill-aqwa avukati nisa li ghandna ghandhom figura bomba...tiehdux ghalikom ahna tax-xewka nhobbukom u xtaqna nnigzukom ftit!!!!

SRUM IRQAQ U HOXNIN

Mela fis-sala Robert Samut il-Furjana nhar it-Tlieta 4 ta' Novembru 2008 saret il-Malta Journalism Awards u qed nghidlek kien hemm xtara. L-ewwelnet l-isbah xena kienet meta rajna lil Dr. Gwido De Marco u Dr. Joe Micallef Starface (li inghata l-Gold Award) jitghannqu u Gwido tghidx kemm fahhar lil Joe Micallef Stafrace.

Imbaghad kien hemm affarijiet ohra, bhal meta il-Ministru George Pullicino u John Zammit tal-Liberali ltaqghu u t-tnejn ghamlu mhatra ta' kemm se jehxienu (arahhom fir-ritratt daqshiex sar fihom) u mbaghad l-aqwa kienet meta' John Zammit kellu hdejh lil Josienne Camilleri tan-NET TV li tipproduci l-programm "Newsroom", John qalilha kieku hawn Lino Cassar malajr jaqbadha fuq (bil-Malti jghidha dak) is-srum. U Lino malajr johrogha xi kelma daqsxejn vulgari, mhux bhal kliem l-iehor li johroghom bicca bicca. U kieku kien hemm Lino Cassar kien jispicca jitkellem fuq (mhux fuq ir-rigi dojoq u wesghin) izda fuq is-srum irqaq u hoxnin u ibqa' cert li l-iktar hoxnin kienu tal-Ministru Gorg Pullicino u John Zammit. Isma araw x'se taghmlu morru ghamlu jogging, qalilhom Joe Vella, imma fl-ahhar waqt ir-riceviment kienet se tispicca hazin meta l-Profs Domnic Fenech qabadha fuq il-politika mal-Ministru Pullicino, u min dahal fin-nofs biex jimmedja, hadd hlief John Zammit, ghax dak dejjem issibu fin-nofs.....u qalilhom issa hudu pjacir u insew ghal ftit il-politika.

Tuesday, December 16, 2008

B'GONZI VERU MOHHOK MISTRIEH!?!?!?

Ara jergax jaghmel xi elezzjoni ohra Gonzi ha nghidulu lil Gonzi kemm ahna b'mohhna mistrieh?! Staqsu lill-haddiema li huma mdendlin jekk hux se jispiccaw barra mix-xoghol? Jew lil tat-Tarzna li qalulhom biex jirtiraw u l-flus ghadhom ma tawhomlomx?! Jew in-negozjanti, specjalment l-importaturi tal-medicini jew il-lukandiera jekk hux b'mohhom mistrieh?! Imma kemm huma h......a n-nazzi, biex jghattu d-dizastru li gabu fuq pajjizna qed jilghabu bil-pjanu u regghu qajjmu lil Piano bil-progett ta' bieb il-belt meta jafu li l-anqas ghandhom flus, ahseb u ara kemm se jaghmlu dan il-progett. Allura l-mezzi tax-xandir ta' GonziPN qabduha fuq il-progett ta' bieb il-belt u hafna belghu is-sunnara u qed jghidu hafna paroli fil-vojt fuq il-gazzetti u l-mezzi tax-xandir....u ahna tax-xewka nghidu li anqas jekk jghaddu ghoxrin sena ohra dan il-progett mhux se jsir.....

IL-BUSH FL-AHHAR WASLET TIEGHU!!!!!

Gorg Bush fl-ahhar tal-presidenza waslet tieghu, ghax gurnalist Iraqqin garalu z-zewg zraben u ghal ftit ma stampahx flok fuq il-gazzetta f'wiccu ghax kieku laqtu zgur li l-Bush kien jara l-istilel kollha li ghandu pajjizu fil-bandiera.

Insomma il-Bush li huwa maghruf issa bhala l-aghar president li qatt kien hemm fl-istorja ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fl-ahhar wasal biex id-dinja tehles minnu. Ibqa' cert li Bush mhux se jehlisha minghand Saddam Husein, ghax Saddam bis-sahha ta' Mohammed ghad irridu naraw xi haga kbira li ghad trid tigrilu!!!! Mhux ta' b'xejn kwazi mad-dinja kollha minbarra li kulhadd infaqa' bid-dahk malli raw lil Bush jitbaxxa u z-zraben ghaddejjin minn ma' rasu, izda kwazi kulhadd kien tal-fehma li kien haqqu u fahhru lill-gurnalista bhala eroj b'li ghamel.

TITKELLEM WAHIDHA!!!!!


Sunday, December 7, 2008

DOM MINTOFF KBIR

Dan ir-ritratt b'dedikazzjoni lil Daphne biex nuruha kemm ahna nhobbu lil Dom Mintoff u ghalxejn toqghod tmaqqdru ghax Mintoff m'hawnx bhalu u l-anqas ikun hawn. Din kienet parti minn wirja fl-okkazjoni ta' gheluq id-90 sena tal-perit Mintoff sentejn ilu (2006) u min ghamilha jekk mhux l-iktar bniedem li ghadu jhobb lil Mintoff sal-lum, ighidulha l-Daphne.....hadd izjed minn John Zammit li ghandu kollezzjoni kbira ta' ritratti, posters, kotba u oggetti ohra relatati ma' Dom Mintoff.

DAPHNE, DAPHNE!!!


Daphne, taqbad ma' kulhadd, ghandha artikoli li naqblu maghha ukoll, pero' mhux dejjem, ghax hija peress li ma tiftakarx l-istorja passata ta' Malta mohha biex tghajjar lil KBIR DOM MINTOFF u suppost hi taf li l-anqas toqghod hdejh ahseb u ara kemm tghajjar bniedem kbir bhalu. Imbaghad l-iktar li ma tahmilx ukoll lil Emmy Bezzina u John Zammit ghax tghid li dawn m'ghandhomx nies warajhom. Pero' tax-Xewka ghamlu l-investigazzjoni taghhom u sabu li Daphne tkun qed tigdeb meta tghid hekk, ghax Emmy Bezzina u John Zammit dejjem kellhom sala mimlija nies sa anke mlew is-sala tal-Holiday Inn gewwa tas-Sliema u tas-Suncrest Hotel gewwa l-Qawra, araw.....mhux hawn taht! Harsu lejn ir-ritratt ta' fuq, ghax il-kompjuter ghedtlu biex igibli r-ritratt hawn taht, izda tefahhuli fuq nett. Issa ma nafx kif nista' naghmel. Imma l-Daphne kxifniha meta tghid li Emmy Bezzina u John Zammit ma jkollomx nies warajhom....biss biss bejniethom gabu 800 vot! Allura Daphne!!!!



HAWWADNI HA NHAWWDEK!!!

X'tahwid!!! X'tahwid!!! F'daqqa wahda f'Malta hawn tahwida shiha, nhar il-Gimgha 5 ta' Dicembru 2008, fuq ix-Xarabank tat-TVM Jason Micallef tal-Lejber u Pawlu Borg Olivier tan-Nazzi bdew jghajjru 'l xulxin ghax ma jafux jibghatu e-mail, ghax Pawlu Borg Olivier ried jibghat e-mail lil diversi nies u bi zball b'allec gralhom bhal John Zammit tal-Liberali li bi zball marritlu ghand Joe Mizzi u baghat wahda lil Jason Micallef minflok Jason Azzopardi.

Din ta' l-e-mails hija problema ghax mhux l-ewwel darba tmur ghand xi hadd iehor. Imbaghad jerga' aghar meta tmur ghand l-ghadu tieghek. Per ezempju dan l-ahhar iktar ma hemm kwistjoni bil-qorti bejn John Zammit u Joe Mizzi, John Zammit ircieva sms minghand Mizzi jistiednu ghad-dinner dance li dan ta' l-ahhar se jaghmel fin-Nigret Nightclub. Dan biex tara kif qed jithawwad kollox, nahseb jien il-magistrat ghandu tahwida shiha biex isolvi u jekk kulhadd, kull min jircievi e-mail bi zball bhal ma ghamel ukoll il-boccu ghax dak ukoll ircieva xi wahda bi zball. Imma li qed jigri hu li jibghatulek e-mail u maghha ma jkunx hemm l-indirizz tieghek biss, izda jkun hemm hafna u dawn hafna drabi jkunu b'tipi zghar li bil-kemm tarahhom u allura, int tmur tirrispondi u meta tibghat lura jew jekk jghidulek pass it on u taqbad u taghfas il-buttuna ssib li marret ghand hafna nies ohra u anke gieli ghand min ma tridx tibghat!

Issa naraw kif se jsolvuha Jason u Pawlu, li nafu zgur li l-istazzjonijiet tal-lejber u n-nazzi l-ahbarijiet qed jimlewhom bihom u min jaf kemm ghandhom sejrin biha. U veru li hafna drabi fl-ahbarijiet ta' Malta hlief hmerijiet ma jkunx hemm u l-anqas ikollhom biex jimlew hlief bic-cucati, izda l-aktar li jkollu cucati huwa TVM li ha! ha! ha! rebah il-premju ta' l-istazzjon tas-sena, imma John Zammit li il-hin kollu qed jigi bbojkottjat jajjarhom tal-habba gozz! Bil-haqq ma rajtuhx l-istazzjon tat-TV Daniz x'dokumentarju hareg dwar Malta u kemm taw prominenza kbira lil John Zammit, jibda' mill-bidu John Zammit, hemm Emmy Bezzina, l-Ajjutallah Anton Gauder, Peppi Azzopardi, Daphne Caruana Galizia (dik li ssahhar il-Bidnija) Lou Bondi u dak l-imhawwad ta' kontra l-abort Vincenti u la jidher dan naraw lit-tabiba Rebecca Gomperts li sfidathom u dahlitilhom Malta. Insomma matul il-film John Zammit jidher l-aktar ghax kull darba jidhol hu u sa anke jaghlaq id-dokumentarju hu! Mela l-istazzjonijiet ta' Malta ma jgibuh qatt lil Zammit. Zammit ta' ragel li hu qalilhom lil ta' l-Awtorita tad-Dardir li bi protesta se jgib gurnalisti barranin u jurihom x'inhu ghaddej gewwa Malta u kemm hawn tahwid! Prosit Zammit urihom kemm int kapaci u taghtix kas, hallih ihabbat il-bahar u ibqa' miexi.