Thursday, January 29, 2009

L-ELEZZJONI TA' L-EWROPA WASLET

L-elezzjoni ta' l-Ewropa waslet u diga' bdew jishnu l-irjus. Tal-Lejber habbru t-tnax-il kandidat taghhom b'erba' nisa sbieh ukoll! Tal-PN ghadhom lura, ghalkemm dawk li ssemmew bhala parti mil-lista diga' wkoll ilhom jidhru u jinstemghu fuq il-mezzi tax-xandir. Izda ghat-tieni darba nfila jidher li t-TVM se jerga' jiddiskrimina mal-partiti z-zghar u bil-kemm qed jaghti cans li jidhru lil ta' l-Alternattiva, l-Alleanza Liberali u l-ohrajn, tant li ta' l-Alleanza li hargu bhala kandidat lil John Zammit kellu jaghmel protest ma' l-Awtorita' tax-Xandir kontra t-TVM u l-PBS talli l-anqas biss semmghuh li hiereg bhala kandidat. Izda n-Nazzi helwin, jghidu li f'Malta hawn id-demokrazija, l-ugwaljanza u li kulhadd jinghata d-drittijiet tieghu meta fil-fatt bil-kontra.

Issa jekk il-poplu jrid veru li ma jergghax jaghmel il-fjask bhal ma ghamel fl-ewwel elezzjoni dik tal-2004, ghandu jiftah mohhu (free your mind) u jhares kif inhu maqsum il-Parlament Ewropew u jivvota ghal partiti godda li hargu f'Malta u li fil-Parlament Ewropew mhux biss shab tal-Lejber u shab tan-Nazzi biss hemm, izda hemm il-Liberali (it-tielet l-akbar b'104 MEP) u fejn jivvotaw huma jaqleb il-vot, hemm il-Hodor shab l-Alternattiva, hemm il-Hodor Nordici/Komunisti, hemm tal-Lemin Estrem shab Josie Muscat u hemm ohrajn bhax-Xettici - shab KMB. Ghaliex din id-darba m'ghandniex nivvotaw u ntellghu wiehed f'kull grupp mis-sitta li se jkollna (s'intendi s-sitt wiehed ghalissa jkun temporanju sakemm l-Irlandizi jirratifikaw il-kostituzzjoni Ewropeja). B'hekk ikollna l-ghazla u wkoll is-sahha ghax ikollna MEPs imferrxin f'sitt gruppi u mhux MEPs f'zewg gruppi biss. Nahsbu li ahna tax-Xewka qed naghtukom parir tajjeb. Issa l-Parlament anke dak Malti ghandu jigi jixbah lil dak Ewropew, fuq kollox Joseph Muscat qal li jrid ibiddel kollox bhall-Ewropa!?!?

No comments: