Monday, November 3, 2008

QED JIBZGHU MINNHOM!

Hawn xnieghat kbar, issa li riesqa l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Gunju 2009, li l-partiti l-kbar se jipprovaw jaraw kif se jehilsu mill-partiti z-zghar wara r-rizultat inkonklussiv u mizeru li gabu l-partiti l-kbar fl-ahhar elezzjonijiet, fejn l-anqas gabu maggoranza assoluta ta' 50%+1 izda gabu maggoranza relattiva. L-ewwel ma ghamlu helsu minn Norman Lowell billi ghamlulu sentenza ta' habs fuq rasu sospiza ghal sentejn u minhabba f'hekk Norman ma jistax johrog bhala kandidat ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Issa smajna minn wara l-kwinti li din qed jipprovaw jaghmluha lil John Zammit ta' l-Alleanza Liberali wkoll. Issa dawn ighidu li hawn id-demokrazija f'Malta u mbaghad qed jaghlqu halq il-partiti z-zghar jew ohrajn li jistghu bil-voti taghhom itellfu lil partiti l-kbar itellghu s-siggijiet kollha ghalihom fil-Parlament Ewropew. Probabbli li wara jkun imiss lil Emmy Bezzina li dan ukoll xewka kbira gol-warrani taghhom u ma jhallihielomx lixxa. Imma jahasra hawn id-demokrazija u d-diversita' f'Malta, hekk imur jiftahar GonziPN meta jkun Brussel u ta' Brussel probabbli jibilghuha wkoll. Viva d-demokrazija a la Iran u Turkija!!!

BUDGET 2009

Inhabbru l-bagget 2009 li GonziPN ma jistax jaghmel mod iehor hlief jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jkompli jisfronda l-kaxxa ta' Malta ghax ma fadallux flus, imma ghandu skuza tajba hafna ghax qed iwahhal kollox fil-Bush ta' l-Amerika li harbat id-dinja wara li ggennen biex ipattiha lil Saddam Hussein ghax missieru kien waqa' ghan-nej u l-misjur meta mar jattakka lil Iraq. Issa veru li Bush iz-zghir qatel lil Saddam, izda Saddam qered id-dollaru Amerikan bl-Amerika u d-dinja b'kollox. Kien hawn wiehed imlahhaq f'Malta li beda jiftahar li l-Komunizmu "ikkrolla" ghax hekk jghidha, izda issa xi gralu l-kapitalizmu??? Mhux ta' b'xejn illum l-anqas ghadna nistghu nieklu fenek bit-tadam bil-krizi li spiccat fiha d-dinja inkluz Malta.

MINTOFF IPPREMJAT MINN GADDAFI

Nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru 2008 fil-lukanda Corinthia San Gorg saret manifestazzjoni kbira Minntoffjana fejn l-ex-President Algerin Ahmed Ben Bella f'isem il-President Muammar Gaddafi tal-Libja u bhala president tal-kumitat Premju Gaddafi ghall-Paci inghata l-premju lil Karmenu Mifsud Bonnici biex jghaddihulu ghax Dom Mintoff kien indispost.

Dawk li ma jahmlux lil Dom Mintoff - l-aqwa Prim Ministru ta' Malta, tghidx kemm harbxu fil-gurnali Maltin. Imma kieku tafu ahna l-Mintoffjani x'festa ghamilna, minbarra li kien hemm ikel kemm trid u biex tinfaqa' u tajjeb, kien hemm l-irjus il-kbar ta' Dom Mintoff, bhal Vincent Moran, Alex Sceberras Trogona, Joe Grima, Philip Muscat, Daniel Micallef, Reno Calleja u ohrajn li tghidx kemm jahilfu b'Mintoff bhal John Zammit, Charles Aquilina u lista twila....insomma hallihom jghiru kemm iridu dawk li ma jahmlux lil Mintoff ghax Mintoff jafu li qatt ma kien hawn bhalu, la hawn bhalu u l-anqas qatt ma jkun hawn bhalu sakemm iddum tezisti Malta.

KULHADD IRID JOBDINI GHAX.....

Issa li Malta dahlet membru fl-Unjoni Ewropeja jkollha taghmel dak li nghid jien ghax Brussel jikkmanda kollox, iridu jew ma jridux, kemm tal-lejber u iktar u iktar tal-GonziPN....u jekk ma jobdux tafu x'naghmlilkom jien hux...piss....piss, go widnejkom...intom il-Maltin tghidu "inbul go widnejkom.....ha!....ha!...ha!....ha! Viva Gonzi!!!! Ghalhekk fuq kollox jghiduli il-Manekin Piss!