Monday, October 27, 2008


Ma ttiehomx tort lill-irgiel li jaghmlu protesti minhabba li ma jithallewx jaraw lill-uliedhom wara li jkunu sseparaw fiz-zwieg, izda fil-waqt li f'Malta kienu ta' l-Ghaqda ghad-Drittijiet ta' l-Irgiel immexxija minn John Zammit li ghamlu xi haga u bil-hila ta' hekk tnehha l-impediment tal-partenza minn fuq l-irgiel u dan minbarra akkwisti ohra, gewwa l-Ingilterra u pajjizi ohra tad-dinja issa tant twaqqfu ghaqdiet tad-drittijiet ta' l-irgiel li dejjem ikun hemm protesti u attivitajiet ohra. Hawn per ezempju naraw tip ta' protesta minn tlett irgiel tal-Fathers for Justice F4J li libsu ta' superman, batman u spiderman. Dawn gieli ddendlu mal-Big Ben jew telghu ma' Buchingham Palace! Insomma kulhadd b'xi hobby!!!
Valletta - Bieb il-Belt, Venda tal-Karozzi tal-Linja. Il-hamiem ta' Bieb il-Belt jiehdu over lil tal-Linja u jghidulhom li jekk dawn jergghu jaghmlu strajk ix-xarabanks isuquhom huma. U hekku fuq l-isteering naraw il-hamiemu lest biex isuq din ix-xarabank. Ghalfejn siehbi...ghall-Kottonera...gej!!!! Tlaqna....!!!!

Friday, October 17, 2008

QASSISIN PROGRESSIVI!!!!

F'Malta qed jizdiedu l-qassisin progressivi fil-waqt li dawk immuffati qed imutu, ohrajn jaharbu mill-kunvent u xi whud li jkunu o.k. ma' GonziPN isibu lilhom infushom xi cermen ta' xi MEUSAC b'somma tajba bhala salarju, avolja l-MEUSAC ismu mieghu Malta European Union Sterring Action Committee - igifieri kumitat civili li m'ghandha x'taqsam xejn ir-religjon!?!? Imma ghal GonziPN l-aqwa li jaghmel cermen lil xi hadd tal-qalba, avolja qabel l-elezzjoni qal li l-kapijiet ta' kumitati tal-Gvern mhux se jintaghzlu aktar mill-Gvern izda se jkun hemm applikazzjonijiet biex jintaghzlu minn kulhadd mhux tan-naha tal-PN biss.....gidba ohra ta' GonziPN.

Insomma hafna pero' malli jaraw lil dan il-qassis ghaddej fit-triq, specjalment jekk huma progressivi zgur li jaccettawh, jekk isir l-arcisqof ta' Malta. Sa kien hemm min qal li kellu bzonn dan il-qassis maghruf Malti jsir Papa tal-Knisja Kattolika ghax kieku l-knisja jaqlibha ta' taht fuq!!!!!

PROSIT GONZ!!!!

Ghalkemm kien hemm hafna li ma qablux ma' GonziPN li mar Brussel jiffirma l-ftehim dwar l-immigranti llegali, pero' kienu hafna ohrajn li qed jiehdu pjacir li GonziPN qed ikun ta' spiss jaghmilha ma' prim ministri tan-naha ta' fuq ta' l-Ewropa, li huma progressivi hafna u anke kien diga' stedinhom jigu Malta u gew. Gonzinu hawn jidher jitkellem mal-prim ministru Olandiz Balkenende (dak li f'pajjizu ghandu t-tabiba ta' l-abort) li b'kumbinazzjoni nhar il-Hamis 17 ta' Ottubru regghet holmot li trid iggib il-vapur taghha f'Malta, izda li bhalissa qieghed f'Valencia, Spanja.

Min jaf il-vapur ta' l-abort (li qieghed ftit mili boghod minn Malta) jekk jahrabx u ghal ftit jasal sa' Malta kif igenninhom lil dawk il-qabda mmuffati tal-gift of life!?! Gomperts ma tahsibhiex darbtejn li taghmel hekk u min jaf Gonzi u Balkenende x'qed ighidu bejniethom? Forsi fl-ahhar Balkenende jghallem lill-GonziPN li m'ghandux ghalfejn jibza' jekk it-tabiba ta' l-abort Gomperts tigi bil-vapur taghha Malta, xejn xejn inzidu ftit turisti ohra, qed jiftahru tant li l-vapuri tat-turisti qed jizdiedu, allura billi jidhol ta' Gomperts ukoll x'fiha hazin!?!?!

Sunday, October 12, 2008

L-AQWA PLEJERS TA' MALTA

Warrbulhom ghax gejjin l-aqwa plejers ta' Malta, Issa ghandhom kaptan gdid ghax Joseph Muscat lahaq mexxej tal-Lejber u ghalhekk zgur li se jiskorjaw u jirbhu xi loghba. Igri terga' tasal l-elezzjoni halli nergghu niltaqghu, ghax veru hadna pjacir. Kienet esperjenza li ma tintesa' qatt u avolja mhux kulhadd gie elett izda zgur il-jumejn li ghamilna flimkien kienu jumejn specjali, laburisti, nazzjonalisti, liberali, u ohrajn. Quddiem jidhru: Victor Zammit, Joseph Muscat u John Attard Montalto u wara jidhru: Joe Debono Grech, John Zammit, Michael Falzon u Louis Grech. Nawgurawlhom ghall-elezzjoni li gejja lil min se johrog, lil Joseph pero' zgur se 'jimmissjawh'!

NOSTALGIJA GHALL-MALTIN

Ta' Kana kienu jhobbu jistednuhom ghax kienu jghidu li huma l-koppja idejali. Fr. Louis Camilleri sa darba gab gebla minn Kana biex jibnu biha parti mill-kwartieri gdid ta' Kana. Izda donnu l-gebla ta' Kana wara li bierkuha u ghamlu cerimonja shieha, flok gabet ir-risq u ghaqda iktar fiz-zwigijiet iktar hadmet il-kontra. Fil-fatt il-gebla gabuha ghal xejn ghax il-kwartier il-gdid ta' Kana ma' sarx, Albano u Romina Power (isimghuhom fil-video) infirdu u ddevorzjaw, Fr. Louis Camilleri baghtuh jixxejjer u tawh il-mitra ta' Monsinjur tal-fjask li ghamel u z-zwigijiet go Malta xi gralhom.....saru hafna zwigijiet imkissrin. Tridu parir tax-Xewka....TIZZEWGUX!!!!!

REGGHU GEJJIN TAS-SUFFARA!!!!

Tas-suffara regghu gejjin
Dun Anton Gouder rega' sejjhilhom
ghamel hekk fuq ix-Xarabank
ghax meta jfettilu jaf jaghmilhom!
-
Ma tghallimx x'gara fl-imghoddi
bil-fatati u bl-erwieh,
kemm telqu nies mill-knisja
u kemm tilfu il-mistrieh.
-
Hareg rega' bhal qatta habel
donnu jxejjer bl-istallett
izda Georg Sapiano malajr qallu
li issa spicca zmien l-interdett
-
Dun Anton jixbah l-Ajutallah
dak dejjem baqa' fundamentalist
izda jekk behsiebu jkompli sejjer
malajr se jsib ruhu fil-frisk
-
Malta Malta 'l quddiem imxi
iftah mohh anke l-Justin,
ghax ghalkemm hija hafna helwa,
ma tobsorx li tibza' mid-destin
-
Id-destin ta' Malta moderna
jrid ikun bhall-Ewropa tal-'genn men'
Bhal ma jghid Zammit tal-Liberali
bhal Amsterdam u Copenhagen

TAL-KANNA

IL-MALTIN FAVUR ID-DIVORZJU FL-AHHAR!!!

Fil-waqt li nhar il-Gimgha 10 ta' Ottubru thabbar li l-maggoranza tal-Maltin issa jaqblu mad-divorzju, id-dottori Emmy Bezzina u John Zammit marru Brussel jiccelebraw it-telfa ta' l-Ajjutallah Dun Anton Gouder Komeini li fuq l-istess programm qal li membri parlamentari Maltin ikunu qed jaghmlu dnub mejjet (bhal ta' zmien is-snin sittin) jekk jivvotaw favur li tghaddi ligi tad-divorzju fil-parlament Malti. Malli Emmy Bezzina sema' bir-rizultat qabez fuq John Zammit u t-tnejn bdew jiccelebraw. Hemm arahhom ja xjafek quddiem l-Atomju wkoll!!!
Dun Anton Gouder, mhux ahjar tmur tixxejjer f'xi rokna u ma tkomplix taqa' ghan-nejk!!!!????


Rapport - It-Torca 12 ta' Ottubru 2008
L-istħarriġ li Xarabank ippubblika nhar il-Ġimgħa wera li l-maġġoranza tal-Maltin jaqblu li f’pajjiżna jidħol id-divorzju. L-introduzzjoni tad-divorzju f’pajjiżna ilu jkun diskuss is-snin. Madanakollu, kull meta tqajjem dan is-suġġett dejjem sab oppożizzjoni qawwija u l-interess fih bħal donnu dejjem tmewwet.Statistika uffiċjali turi li kważi żewġ koppji Maltin qed jitolbu s-separazzjoni kuljum.Il-verità hi li s-soċjetà Maltija tal-lum qiegħda tieħu xejra ferm differenti minn kif konna nafuha qabel. Mill-istħarriġ ta’ Xarabank ħareġ li ammont kbir ta’ żgħażagħ jippreferu jgħixu mas-sieħeb jew sieħba tagħhom mingħajr ma jiżżewġu.Jidher li għalkemm id-divorzju ma tħalla qatt jidħol f’pajjiżna biex tkun protetta s-soċjetà tagħna, it-tibdil fil-kultura tas-soċjetà xorta qed iseħħ. Uħud isibu sieħeb jew sieħba oħra u jerġgħu jittantaw xortihom, mingħajr iżda l-ebda rikonoxximent tal-istat. Spiss iseħħ li din il-koppja l-ġdida jkollha t-tfal. Imma s-soċjetà Maltija ma tantx hi ħanina ma’ dawn in-nies li ssejħilhom ‘poġġuti’. Kieku f’Malta kellna d-divorzju, dawn il-koppji jkunu jistgħu jiffurmaw familja ġdida rikonoxxuta mill-istat.Hemm diversi opinjonijiet dwar jekk id-divorzju għandux jiddaħħal f’pajjiżna jew le. Kien għalhekk li Xarabank stħarreġ dwar taħsibha s-soċjetà Maltija dwar is-suġġett.Minn dan l-istħarriġ ħareġ li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin taqbel mad-dħul tad-divorzju f’pajjiżna. Joħroġ ċar ukoll li l-maġġoranza ta’ dawk li jaqblu li d-divorzju għandu jidħol f’pajjiżna, jgħidu li dan għandu jingħata biss f’każi veru serji. L-irġiel huma iżjed favur id-divorzju min-nisa. Fuq kollox, dawk li jaqblu l-aktar mad-dħul tad-divorzju huma persuni li għandhom inqas minn 65 sena.Meta staqsejna jekk jaqblux mal-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta, ir-riżultat kien: 50.4% Jaqblu, 49.1% Ma jaqblux, filwaqt li 0.5% ma kienux ċerti.L-istess riżultat, meta maqsum bejn in-nisa u l-irġiel, ħareġ li l-irġiel jaqblu aktar min-nisa li d-divorzju għandu jidħol f’Malta:Irġiel - 53.7% Jaqblu, 46.3% Ma jaqblux. Nisa - 47.2% Jaqblu, 51.8% Ma jaqblux, 1% Mhux ċerti.Fl-istess ħin, meta r-risposti ta’ dawk li rrispondew jitqassmu skond l-età tagħhom, instab li l-unika sezzjoni li ma taqbilx li d-divorzju għandu jidħol f’pajjiżna hija dik tal-persuni li għandhom l-età ta’ 65 sena jew aktar; bis-sezzjonijiet l-oħrajn kollha f’maġġoranza favur id-divorzju. (Tabella 1)Lil dawk li qablu li d-divorzju għandu jiddaħħal f’Malta, saritilhom il-mistoqsija jekk id-divorzju għandux jingħata fuq raġuni serja biss jew inkella tkun xi tkun ir-raġuni. Il-figuri kienu dawn: Għal raġunijiet serji 84.4%, Għal kwalunkwe raġuni 14.2%, Jiddependi 1.4%.Mistoqsija oħra kienet: Jekk id-divorzju jkun introdott f’Malta u inti tkun bżonnu, tużah? Ir-risposti kienu hekk: Iva 51.3%, Le 39.8%, Ma Nafx 8.9%.Meta dawn ir-risposti jitqassmu skond is-sess tal-intervistati, jidher biċ-ċar li l-irġiel ipotetikament lesti li jużaw id-divorzju aktar min-nisa. Madanakollu fil-maġġoranza, iż-żewġ sessi stqarru li jekk ikun hemm bżonn u jkunu jistgħu jieħdu d-divorzju, jeħduh:Irġiel – 52% Iva, 39.8% Le, 8.2% Ma jafux.Nisa – 50.7% Iva, 39.8% Le, 9.5% Ma jafux.Jekk ir-riżultat jitqassam skond l-età, jidher li l-ikbar sezzjoni li jaslu biex jużaw id-divorzju huma dawk ta’ bejn it-18 u l-24 sena (86.4%). L-iżgħar persentaġġ (19.4%) kien dak tas-sezzjoni ta’ l-età minn 65 sena ’il fuq.(Tabella 2)Il-persuni intervistati li kienu miżżewġin saritilhom il-mistoqsija: Li kieku kellek iċ-ċans tmur lura fiż-żmien, tagħżel li tiżżewweġ? Jidher li mir-rispons li kellna, il-maġġoranza għadhom jemmnu fiż-żwieġ meta sostnew li kieku jerġgħu jagħżlu li jiżżewġu anki meta dawn qablu mad-divorzju: Iva 69.1%, Le 28.9%, Ma nafx 2%.Meta dawn jitqassmu skont is-sess, wieħed isib li l-ammont ta’ nisa li għażlu li jerġgħu jiżżewġu kien akbar minn dak tal-irġiel. Iżda jibqa’ l-fatt li l-maġġoranza tat-tnejn għażlu li jerġgħu jiżżewwġu xorta waħda:Irġiel – 64.1% Iva, 34% Le, 1.9% M’inix ċert.Nisa – 70.8% Iva, 27.1% Le, 2.1% M’inix ċerta.Mistoqsija oħra li saret kienet: Tippreferi li tiżżewweġ jew li tgħix mas-sieħeb/sieħba mingħajr ma tiżżewweġ? Il-maġġoranza qablet li l-aħjar għażla hi li tiżżewweġ: Niżżewweġ 68.4%, Ngħix biss 23.7%, Ma nafx 7.9%.Meta dan ir-riżultat jitqassam skond is-sess, joħroġ li l-irġiel jippreferu jgħixu mas-sieħba tagħhom aktar min-nisa. Xorta waħda iżda l-maġġoranza tippreferi ż-żwieġ:Irġiel – 59.9% Niżżewweġ, 30.2% Ngħix biss, 9.9% Ma nafx.Nisa – 76.6% Niżżewweġ, 17.5% Ngħix biss, 5.9% Ma nafx.Hekk kif l-intervistati kienu mqassma skont l-età tagħhom, jidher li l-akbar grupp li jagħżel li jgħix mal-persuna bla ma jiżżewwiġha għandhom l-età bejn it-18 u l-24 sena. Huwa interessanti l-fatt li din hi l-unika sezzjoni li ma kellhiex il-maġġoranza favur iż-żwieġ, għall-kuntrarju tas-sezzjonijiet l-oħrajn kollha. (Tabella 3)Meta kienu mistoqsija: Għaliex taħseb li illum ħafna koppji qegħdin jisseparaw? ir-risposti kienu dawn:Nuqqas ta’ rabta u sens ta’ sagrifiċċju u nuqqas ta’ valuri 23.1%, Infedeltà u ħajja distratta14.4%, Self u wisq dejn 12.7%, In-nisa u l-irġiel li jaħdmu flimkien u l-ħbiberiji ta’ bejniethom 11.7%L-aħħar mistoqsija kienet: Li kieku kellu jsir referendum dwar id-divorzju, int x’tivvota? Maġġoranza relattiva irrispondiet li kieku tivvota favur: Favur 47%, Kontra 46.1%, Ma nafx jew Ma nivvutax 6.9%.Meta r-risposti jitqassmu skond is-sess, wieħed isib li maġġoranza relattiva ta’ l-irġiel jagħżlu li jivvutaw favur, filwaqt li l-maġġoranza relattiva tan-nisa, tivvota kontra:Irġiel – 48.5% Favur, 44.4% Kontra, 7.1% Ma nafx jew Ma nivvutax.Nisa – 45.6% Favur, 47.7% Kontra, 6.7% Ma nafx jew Ma nivvutax.Meta l-intervistati jitqassmu skond l-età, wieħed isib li s-sezzjoni ta’ bejn il-25 sena u t-34 sena huma l-aktar li jivvutaw b’ċertezza favur id-divorzju. Maġġoranza assoluta ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena jivvutaw favur. Dawk li l-età tagħhom hija minn 55 ‘l fuq, jivvutaw kontra. (Tabella 4)Dan l-istħarriġ sar bejn il-25 u t-28 ta’ Settembru 2008. Fih ħadu sehem 358 persuna li minnhom 299 persuna aċċettaw li jirrispondu għall-mistoqsijiet li sarulhom. Il-kampjun tan-nies ittieħed mid-direttorju tat-telefon u r-riżultati tat-tweġibiet tagħhom tqassmu proporzjonalment mal-età u s-sess tagħhom.

Friday, October 10, 2008

TAT-TIMES IGIDDBU LIL GONZIPN

TIMES OF MALTA Wednesday, 4th June 2008
Editorial - APPOINTMENT TO GOVERNMENT BOARDS
Appointments to government boards will be made after a public call for applications. This was the 258th promise made by the Nationalist Party before the March 8 general election. Since a number of appointments have already been made without a call having been issued, government critics have already been howling over what they see as dragging of feet.
The government's reaction is that, yes, it plans to keep to its promise but since it has just started its new term there is plenty of time within which to do so. Strictly speaking, this is correct, but is this what the electorate understood when the PN spoke of the merits of ensuring that posts to boards would be filled only by those best qualified for the jobs? Definitely not.
There are promises and promises: Those that are made simply to add to the number put down in a programme just to impress an electorate; others that, objectively speaking, require time within which they can be translated into deeds and yet others that can be carried out straightaway. Just as it is absurd to expect a government to carry out a promise when changing circumstances make its implementation unfeasible, as the Labour Party is expecting the government to do in the case of its undertaking to cut income tax, irrespective of the fact that the price of crude oil is shooting up to record levels, it is equally unacceptable for a government to mark time on promises that can be carried out straightaway.
The promise for appointments to boards to be made after a call for applications falls into the category of those that can be carried out immediately. So, why is the government marking time? Hopefully, it is only because it had not done its homework well and has not found time yet to put the new system into practice. However, if the PN in government wants to keep all of its credibility intact, it would need to think long and hard about it. The longer it takes to keep to its promise, the more it would expose itself to criticism.
The people's perception is that most of the appointments to government boards are made on grounds of political allegiance or simply given out as thank you gestures for jobs well done in the party's interest. Such perception is hard to stamp out and the Nationalists' promise was obviously made to emphasise the party's strong political commitment to transparency. One would have, therefore, expected the government to put the promise into practice immediately. Doing so would have given the party and the government that stamp of correctness about which it preached so much before the election.
The Nationalists have already started this Administration on the wrong foot when, despite the Prime Minister's nice words about consultation and dialogue, it did not consult the opposition beforehand when it applied for Malta to rejoin the Partnership for Peace. The Prime Minister was far from convincing when he explained the reasons for this in a television programme some time ago. The government was manifestly wrong when it bypassed the opposition on the matter. Stuttering may be pardonable, for a time, for a new Administration, but since the Nationalists are hardly new in government, the electorate expects greater perspicacity.

Thursday, October 9, 2008

MIN GHANDU XI RITRATT ANTIK.....

Se nibdew nippubblikaw ritratti antiki jew tal-passat: Min irid li r-ritratti tieghu jigu ppubblikati u s'intendi ghandu storja x'jghaddi ghandu jibghathom billi jirregistra fuq il-blogg, araw dettalji isfel.

Mela halli nibdew: Min tahsbu li huma dawn it-tlieta? Fejn tahsbu li jinsab il-post? Jekk tiflu sew fuq wara tidher il-knisja ta' Birzebbuga! Iva! Issa allura dan il-post huwa fi Triq Santa Rita, hawnhekk grupp ta' tfal fis-snin sittin kienu jilghabu tas-suldati u kellhom kamp b'diversi kmamar u llum hemm zewg djar kbar minfloku. Mela min huma dawk it-tlieta: Bil-wieqfa, hadd hlief John Zammit, il-gurnalist, kittieb u politiku li llum waqqaf l-Alleanza Liberal-Demokratika (li skond is-sahhara tal-Bidnija l-partit li waqqaf huwa l-hobby tieghu), l-iehor huwa Manuel Ciappara (hu Josette Ciappara) li huwa Bank Manager tal-Bank of Valletta u kien inkarigat anke mil-fergha ta' Melbourne fl-Awstralja u t-tielet wiehed dak tal-helmet? Dak mhu hadd hlief il-Perit Charles Buhagiar - l-Onorevoli ex-Ministru tax-Xogholijiet tal-Lejber! Iva kienu jilghabu tas-suldati u John Zammit li dak iz-zmien kien beda jitghallem l-inginerija mekkanika qabel dahal fil-gurnalizmu kien ghamel dik il-helmet tal-landi mil-laned tal-luncheon meat, ghamel dik il-jeep huwa wkoll mill-injam u laned u mhux hekk biss fir-ritratt jidher azzarin, dak kien ghamlu John Zammit ukoll mill-injam tal-fagu u kien jispara ta' veru, gebel, bocci tal-hgieg jew anke skorfini. Qed taraw il-mexxejja tal-lum x'kienu fil-passat!!!!! Ghall-informazzjoni ta' kulhadd, specjalment is-sahhara (habiba taghna) tal-Bidnija, John Zammit kien il-kaptan u jmexxi l-armata tat-tfal Maltin ta' Birzebbuga, meta Malta kienet kolonja tal-Gran Brittanja u Birzebbuga kienet bazi Ingliza b'iktar Inglizi milli Maltin!!!!

GAHAN JITGHALLEM IS-SOMOM

Mela wara l-krizi li sabet fiha d-dinja u kulhadd taghtu rasu minhabba li hafna qed jibzghu li l-flus li ghandhom il-Bank se jsirulhom bebbux, Gahan tant hassu se jiggennen li ma jafx jghodd is-somom li ddecieda li jmur jitghallem.

Gara issa li fl-ahbarijiet ta' Malta thabbar li l-Maltin u l-Ghawdxin m'ghandniex ghalfejn ninkwetaw ghax il-Gvern ta' GonziPN f'kaz li l-Banek ifallu qed jaghti garanzija li jaghti flus ta' Ewro 100,000 ghal kull persuna minflok Ewro 20,000. Gahan ta' gahan li hu qal li allura ahjar il-Banek Maltin ifallu, ghax hu ghandu Ewro 100 fil-Bank u b'hekk zgur se jdahhal taghhom Ewro 20,000 jekk mhux Ewro 100,000.

Izda Gahan wara li dam isaqsi kif jista' jkun u wara li qaleb mohhu ta' taht fuq induna li din hija xi dahka ohra ta' GonziPN ta' qabel l-elezzjoni, meta dahak bil-haddiema tat-Tarzna, b'dawk li qalilhom se jnaqqsilhom it-taxxa tad-dhul, b'dawk li issa waqqalhom il-karavannijiet ta' Bahar ic-Caghaq u b'bosta ohra...lista twila ma tispicca qatt.

Allura qal Gahan wara li tghallem xi ftit jghodd is-somom, jekk il-Gvern ta' GonziPN ghandu dak id-dejn kollu ta' madwar Ewro 3,000,000,000 (ma nafx nghidhom....Tlett biljun Ewro?!?) kif jista' jkun li GonziPN jaghti dawk il-flus kollha, meta l-flus li hemm depozitati fil-Banek Maltin huma dawk il-flus li l-istess GonziPN ghandi jaghti lura b'dejn lid-depozitaturi stess!?!

Mela GonziPN ghalhekk il-hin kollu jidhak u joghxa ghax minbarra li ghereq fil-gideb, ghereq fid-dejn hu, il-partit tieghu, il-Maltin u l-Ghawdxin kollha u bl-invazjoni ta' l-immigranti llegali iktar qed neghrqu bis-salt u mhux ta' b'xejn issa sirna nafu bil-provi li Malta hija l-fdal ta' Atlantis li probabbli gherqet wara li kien qed imexxiha xi hadd bhal GonziPN. Fhimtu issa. Nahseb Gahan ghamel kalkolu sew...ftit iehor Atlantis se jibdew jghaddu l-vapuri minn fuqha u ghalhekk it-tarzna mhux se jkollna bzonnha aktar.

Monday, October 6, 2008

WORKING CLASS HERO

B'dedika lill-haddiema kollha Maltin u Ghawdxin, lill-General Workers' Union f'gheluq il-65 sena mit-twaqqif taghha u l-iktar lill-haddiema tat-Tarzna li wara li dahak bihom GonziPN sfaw vittmi tal-Gvern Nazzjonalista u spiccaw barra mit-Tarzna!

IL-BASSATA TAS-SEKLU

VIVA CLAUDETTE


Lil Claudette jien niffansjaha, izda ma rridx nuri lil Lino Cassar ghax inkella jaghmel ghalija ghax iridha ghalih, pero' Claudette Abela Baldacchino f'dan ir-ritratt qed turi car u tond kif ghandu jitbiddel il-Parlament Malti biex isir bhal dak Ewropew.
Ghalija Joseph Muscat, il-lider gdid tal-Lejber diga' axxaqha! Ma qalx li issa li rrezenja mill-Parlament Ewropew u gie fil-Parlament Malti se jgib il-Parlament Malti bhal dak Ewropew!!!
Izda mill-ewwel axxaqha, ghax malli ha l-gurament flok ghamel bhal ma jaghmlu fil-Parlament Ewropew meta jiehdu l-gurament, ghamel bhal ma jsir fil-Parlament Malti u bies il-kurcifiss! X'ghandu x'jaqsam il-kurcifiss mal-politika?!? Safejn nafu ahna dan ma jsirx fil-maggoranza tal-Parlamenti li huma lajki, Berlusconi stess, sieheb in-Nazzi u l-GonziPN u l-parlamentari Taljani jiehdu l-gurament fuq il-kostituzzjoni Taljana, il-President Amerikan u l-kumplament shabu, il-President taz-Zimbabwe (tafux) wkoll jiehu l-gurament fuq il-kostituzzjoni ta' pajjizu, allura Joseph fejn hu dak li ghedt li se ggib il-Parlament Malti bhal dak ta' l-Ewropa!!!!???? Prosit Claudette ghax lil Joseph tajtu ezempju u dan meta int qeghda fil-Parlament Ewropew tar-Regjuni! Nergghu nghidulek Prosit u jekk se tohrog kandidata ghall-Parlament Ewropew lilek se nivvotaw.

DIN TITKELLEM WAHEDHA!!!

Bla dubju kartolini bhal dawn hawn min igemmahhom u hawn min jiehu skandlu minnhom, izda minghajr ma nilaghbuha tad-dojoq bhal xi lehen is-sewda jew il-gens mhux tal-lum, izda ta' zmien il-brodu, ahna kartolini bhal dawn nippubblikawhom u ma nibzghux!!!

Sunday, October 5, 2008

NO COMMENTS!

Ix-Xewka 4 waqt li tkun attenta fuq kollox u kull ma' jkun qed jigri (inkluz xi tkun qed tghid is-Sahhara tal-Bidnija), qabdet din l-attivita' gewwa l-universita', izda minhabba s-sitwazzjoni kritika li tinsab fiha l-universita' bhalissa mhux se tikkummenta, kemm minhabba xi libel, li l-Maltin jiddilettaw bihom hafna, izda ahna avolja joffenduna u jkun hemm diversi drabi li naghmlu libelli, ahna ma naghmluhomx, anzi rridu nghallmu lil kulhadd biex jidra jiehu cajta u minghajr ma joqghod jaghmel il-libelli.

Ghalhekk ahna se nhallu ghad-diskrezzjoni taghkom x'tahsbu li gara f'dan ir-ritratt, imbaghad il-lekcerers u dawk il-haddiema ta' l-universita' jekk jiehdux iz-zieda li jixtiequ hija bicca ohra. Ghalkemm diversi ilsna hziena bdew jistaqsu kif jista' jkun ta' l-universita' jiehdu dawk iz-zidiet li qed jitolbu meta tat-tarzna tefghuhom 'il barra u haddiema ohra f'hafna postijiet jinsabu mdendlin!!! Insomma issa naraw....halluh ihabbat il-maltemp!!!!

KOMPETIZZJONI TAD-DAHK!



Idhak Emmy, idhak...!!!! qed jixxerdu xnieghat li se ssir kompetizzjoni ta' min jidhaq l-iktar u fil-kategoriji se jkun hemm dawk li jidhku l-aktar, dawk li jidhku l-isbah u wkoll dawk li skond il-proverbju Malti min jidhak l-ahhar.....

Huwa maghruf li l-iktar li qed jissemmew li jistghu jkunu r-rebbieha u fil-finali zgur se jkun hemm GonziPN u difficli biex Emmy Bezzina jirbahlu lil dan GonziPN ghax huwa c-campjin tad-dinja diga' dwar kemm jidhak. Li jista' jkun li jigri izda li peress li GonziPN meta jkun wieghed xi haga u ma jkunx jista' jaghmilha, minflok li jidhak sabih, jidhak ikrah, bhal ma dahak bil-haddiema tat-Tarzna, li qabel l-elezzjoni qalilhom li hadd minnhom ma hu se jitkecca!?!? Insomma issa naraw....pero' Emmy zgur jidhak sabih, arawh fir-ritratt! Prosit Emmy, keep it up!!!

ZAMMIT JIKKANVASSJA


John Zammit tal-Liberali ta' Malta tant hadha bis-serjeta' l-kampanja tieghu ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li sahansitra mar jikkanvassja Kopenhagen. Imma jekk ma tafux mhux talli kkanvassja u rnexxielu li issa sirna nafu li l-Prim Ministru Daniz, Anders Rasmussen tant ghogbu Zammit li se jibghatlu kelliem tieghu jitkellem f'konferenza li se jorganizza dan ix-xahar gewwa l-kwartier tal-Liberali ta' Malta gewwa l-belt Valletta, nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru. Qed taraw kif Zammit qed jirnexxi u li jekk ittellghuh fil-Parlament Ewropew zgur se jkun success ghal Malta u l-Maltin u s'intendi l-Ghawdxin ma ninsewhomx!

QABDU MAL-QTATES


Meta n-Nazzi jkunu ghaddejjin minn hafna tahwid biex jghattu xturhom jaraw jaqbdux ma' xi hadd. Dan l-ahhar wehilna ahna l-qtates ma' rashom u issa qed jghoddu kemm hemm eluf ta' qtates jigru barra u kemm qeghdin gewwa. S'intendi shabna l-klieb ukoll issemmew. Ahjar GonziPN jara kif se jsolvi l-problemi li gab lil Malta fihom u lilna jhallina! Mhux l-ewwel joqghod iwieghed hafna affarijiet li kien jaf li ma jistax jaghmilhom, imbaghad wara l-elezzjoni gab l-iskuza ta' dak li ghamel siehbu l-Bush ta' l-Amerika, li waqqa' kollox ghal isfel inkluz il-Kapitalizmu! Eh, bil-haqq fejnu siehbu il-Feneck tad-Tadam li jiftahar hafna li l-komunizmu kkrolla, mela issa l-kapitalizmu xi gralu! Nahseb ahjar immur ma' John li jzomm l-id jew Zammit tal-Liberali ghax issa qed jghidu li l-liberalizmu se jiehu d-dinja.... Mela halluna lilna l-qtates ghax bi protesta mmorru mal-liberali....

Wednesday, October 1, 2008

JOSEPH MUSCAT - AWGURI!




Fl-okkazjoni tad-dhul fil-Parlament Malti illum 1 ta' Ottubru 2008, meta Joseph Muscat jinhatar kap ta' l-oppozizzjoni u jibda' ufficjalment imexxi l-grupp parlamentari Laburista din il-poezija niddedikaw.

Lill-mahbub Joseph taghna

kulhadd ihobbu u jixtieq ibus

ginger u helu, gabilhom l-ghira

ghax gab partit tal-Lejber fiducjuz.

-

Mexxej onest u bla nteressi

hlief li jara l-pajjiz fis-sod

tal-PN malajr hargu jhammgu

ghax bid-dejn gabu Malta bla sold.

-

X'sodi, sodi idejn Gonzi

hlief jirtodu mhux qeghdin

ghax malli Joseph lahaq lider

Gonzi sar qisu xadin!!!

-

Twerwru twerwru n-Nazzi kollha

farrku l-Malta u l-Maltin

Gideb, tahwid, gholi tal-hajja

gabuna f'sitwazzjoni x'wahda din!

-

Ghamlu kuragg taht Joseph taghna

halli nkunu maghqudin

biex fl-elezzjoni li gejja

naghtu s-sabar lill-Maltin.

-

Joseph, Joseph, ejja zurna

f'kull rahal u f'kull belt

ehlisna min-Nazzi darba ghal dejjem

minn kull sahta minn kull ghelt.

-

JP 1-10-2008