Thursday, January 29, 2009

L-ELEZZJONI TA' L-EWROPA WASLET

L-elezzjoni ta' l-Ewropa waslet u diga' bdew jishnu l-irjus. Tal-Lejber habbru t-tnax-il kandidat taghhom b'erba' nisa sbieh ukoll! Tal-PN ghadhom lura, ghalkemm dawk li ssemmew bhala parti mil-lista diga' wkoll ilhom jidhru u jinstemghu fuq il-mezzi tax-xandir. Izda ghat-tieni darba nfila jidher li t-TVM se jerga' jiddiskrimina mal-partiti z-zghar u bil-kemm qed jaghti cans li jidhru lil ta' l-Alternattiva, l-Alleanza Liberali u l-ohrajn, tant li ta' l-Alleanza li hargu bhala kandidat lil John Zammit kellu jaghmel protest ma' l-Awtorita' tax-Xandir kontra t-TVM u l-PBS talli l-anqas biss semmghuh li hiereg bhala kandidat. Izda n-Nazzi helwin, jghidu li f'Malta hawn id-demokrazija, l-ugwaljanza u li kulhadd jinghata d-drittijiet tieghu meta fil-fatt bil-kontra.

Issa jekk il-poplu jrid veru li ma jergghax jaghmel il-fjask bhal ma ghamel fl-ewwel elezzjoni dik tal-2004, ghandu jiftah mohhu (free your mind) u jhares kif inhu maqsum il-Parlament Ewropew u jivvota ghal partiti godda li hargu f'Malta u li fil-Parlament Ewropew mhux biss shab tal-Lejber u shab tan-Nazzi biss hemm, izda hemm il-Liberali (it-tielet l-akbar b'104 MEP) u fejn jivvotaw huma jaqleb il-vot, hemm il-Hodor shab l-Alternattiva, hemm il-Hodor Nordici/Komunisti, hemm tal-Lemin Estrem shab Josie Muscat u hemm ohrajn bhax-Xettici - shab KMB. Ghaliex din id-darba m'ghandniex nivvotaw u ntellghu wiehed f'kull grupp mis-sitta li se jkollna (s'intendi s-sitt wiehed ghalissa jkun temporanju sakemm l-Irlandizi jirratifikaw il-kostituzzjoni Ewropeja). B'hekk ikollna l-ghazla u wkoll is-sahha ghax ikollna MEPs imferrxin f'sitt gruppi u mhux MEPs f'zewg gruppi biss. Nahsbu li ahna tax-Xewka qed naghtukom parir tajjeb. Issa l-Parlament anke dak Malti ghandu jigi jixbah lil dak Ewropew, fuq kollox Joseph Muscat qal li jrid ibiddel kollox bhall-Ewropa!?!?

ALFRED SANT JIFRAH LILL-PRESIDENT GDID

L-ahhar darba tax-Xewka zlaqna fin-niexef meta ghedna li meta Gonzi jibda jidhak ikun qed jigdeb ghax issa hawwadna wahda nobis meta semma li jrid lil Dr. Gorg Abela bhala President ta' Malta. Issa iktar thawwad Alfred Sant ghax huwa kellu jispicca minn Prim Ministru u mexxej tal-Lejber u dak li kien qallu biex ma jmurx ghall-elezzjoni u jibqa' fil-gvern, sab lilu nnifsu President ta' Malta!

Mur ighidlu lil Fredu Sant kif kellu jsib lilu nnifsu fil-gallerija tal-Palazz b'Gorg Abela li hu ma semghax minnu jsir President ta' Malta. Issa troppo tardi jghidu n-Nazzi bit-Taljan (ghax dawn tant huma ffissati fit-Taljani li hafna drabi jitfghuha bit-Taljan) mhux ta' b'xejn l-istazzjonijiet tar-radju tan-Nazzi kwazi l'hin kollu jdoqqu kanzunetti Taljani! Viva l-President Gorg tal-Palazz tal-pjazza San Gorg!!!! Nawgurawlek Gorg forsi wkoll taqbad id-dragun ta' pajjizna darba ghal dejjem!