Friday, October 17, 2008

QASSISIN PROGRESSIVI!!!!

F'Malta qed jizdiedu l-qassisin progressivi fil-waqt li dawk immuffati qed imutu, ohrajn jaharbu mill-kunvent u xi whud li jkunu o.k. ma' GonziPN isibu lilhom infushom xi cermen ta' xi MEUSAC b'somma tajba bhala salarju, avolja l-MEUSAC ismu mieghu Malta European Union Sterring Action Committee - igifieri kumitat civili li m'ghandha x'taqsam xejn ir-religjon!?!? Imma ghal GonziPN l-aqwa li jaghmel cermen lil xi hadd tal-qalba, avolja qabel l-elezzjoni qal li l-kapijiet ta' kumitati tal-Gvern mhux se jintaghzlu aktar mill-Gvern izda se jkun hemm applikazzjonijiet biex jintaghzlu minn kulhadd mhux tan-naha tal-PN biss.....gidba ohra ta' GonziPN.

Insomma hafna pero' malli jaraw lil dan il-qassis ghaddej fit-triq, specjalment jekk huma progressivi zgur li jaccettawh, jekk isir l-arcisqof ta' Malta. Sa kien hemm min qal li kellu bzonn dan il-qassis maghruf Malti jsir Papa tal-Knisja Kattolika ghax kieku l-knisja jaqlibha ta' taht fuq!!!!!

PROSIT GONZ!!!!

Ghalkemm kien hemm hafna li ma qablux ma' GonziPN li mar Brussel jiffirma l-ftehim dwar l-immigranti llegali, pero' kienu hafna ohrajn li qed jiehdu pjacir li GonziPN qed ikun ta' spiss jaghmilha ma' prim ministri tan-naha ta' fuq ta' l-Ewropa, li huma progressivi hafna u anke kien diga' stedinhom jigu Malta u gew. Gonzinu hawn jidher jitkellem mal-prim ministru Olandiz Balkenende (dak li f'pajjizu ghandu t-tabiba ta' l-abort) li b'kumbinazzjoni nhar il-Hamis 17 ta' Ottubru regghet holmot li trid iggib il-vapur taghha f'Malta, izda li bhalissa qieghed f'Valencia, Spanja.

Min jaf il-vapur ta' l-abort (li qieghed ftit mili boghod minn Malta) jekk jahrabx u ghal ftit jasal sa' Malta kif igenninhom lil dawk il-qabda mmuffati tal-gift of life!?! Gomperts ma tahsibhiex darbtejn li taghmel hekk u min jaf Gonzi u Balkenende x'qed ighidu bejniethom? Forsi fl-ahhar Balkenende jghallem lill-GonziPN li m'ghandux ghalfejn jibza' jekk it-tabiba ta' l-abort Gomperts tigi bil-vapur taghha Malta, xejn xejn inzidu ftit turisti ohra, qed jiftahru tant li l-vapuri tat-turisti qed jizdiedu, allura billi jidhol ta' Gomperts ukoll x'fiha hazin!?!?!