Wednesday, September 10, 2008

IL-PARTNERSHIP

Tal-Lejber maghrufin ghal kutrumbajsi qalilhom Gonzi, izda erhilu li hu jaghmel izjed minnhom kutrumbajsi. Pero' tal-Lejber li qed jaghmlu hazin huwa li issa ghax hemm lahma tajba fl-Ewropa mohhom biex jahtfu u jibilghu. Wiehed minnhom kien dak iz-zring splodut ta' Joe Mifsud li wara li ntefah hafna aktar milli suppost kien jiflah, sploda u spicca fix-xejn. Darba kien iltaqa' ma bassar tal-futur u kien qallu biex ma joqghodx jintefah hafna u jippoza ma' hafna rjus kbar u jmur jigri wara l-flus ta' l-Ewropa (specjalment meta huwa kien dikjarat kontra l-Ewropa) ghax kien se jigrilu bhal l-istorja taz-zring li jintefah hafna bih innifu u jisplodi. Fil-fatt issa spicca barra mill-partit tal-Lejber u hadlu postu in-nobbli Sceberras Trigona. L-istess gralhom ohrajn minn tal-Lejber li marru biex jahtfu u jibilghu mill-Ewropa ghax in-Nazzi ma tawhomx cans u dar Malta u l-postijiet kollha fl-Unjoni Ewropeja gew mimlija min-nies tal-qalba tal-GonziPN. Mhux ta' b'xejn li Emmy ta' l-Alpha l-hin kollu jsemmi c-crieki tac-crieki u x-xandir f'idejn tac-crieki u lilu ma jhalluhx jaghmel programmi u Cristina qabdet mieghu u programmi u personaggi tan-Net TV illum qeghdin fuq it-TVM tant li meta tkun tqalleb mill-istazzjon tan-Net TV ghal TVM li suppost huwa tal-Gvern u ta' kulhadd, issib stazzjon iehor tal-PN u thossok in ecstacy u tibda tara l-istilel kif ma tarax persuna wahda tal-lejber. Izda s-sabiha hija kif il-ONE TV il-hin kollu jgerger u jghid li f'Malta kollox sejjer hazin tant li jaghmillek ugiegh ta' ras u ssib lilek innifsek in ecstacy bid-dwejjaq li jqabbdek u allura bla ma trid ikollok tqalleb jew fuq NET TV li ghalih kollox sejjer tajjeb u sejrin 'il quddiem jew tmur fuq TVM fejn l-istess kollox sejjer tajjeb inklux tax-XARABANK u ta' BONDI + u allura hawn ukoll thossok in ecstacy ghax thossok ferhan se ttir ghax kollox sejjer tajjeb u qishek qieghed fil-genna. Kwazi kwazi jistghu ma' jgibux drogi ecstacy izjed bil-kuntrabandu l-anqas haqq li jittellghu il-qorti ghax f'Malta kif sejrin kulhadd qieghed in ecstacy!!! ha...ha...ha...

PARIRI TAX-XEWKA 4


Hbieb hudu dan il-parir bis-serjeta': l-ewwelnet qatt ma ghandkom tixorbu alkohol u tmorru ssuqu ghax tispiccaw ghand alla u wkoll l-istess qatt ma ghandkom tixorbu xi alkohol, bhal imbid jew birra u tmorru tuzaw il-kompjuter, ghax tistghu tolqtu xi buttuna bi zball u minghajr ma tkunu tafu xi ktibtu (waqt li tkunu in ecstacy - qishek qed tiehu d-droga ecstacy) ma tkunux tafu li bghattu xi messagg offensiv lil xi hadd li tkunu thobbu jew tobghodu u ssibu lilkom infuskom imressqa l-qorti. Dan l-ahhar kien hawn wiehed li gralu hekk u dan inzerta li offenda lil wiehed li wiccu u sormu huma l-istess u li tieghu tieghu u ta' haddiehor tieghu ukoll u jrid jahtaf id-dinja.


Mela hbieb oqghodu attenti li ma tixorbux u tixghelu l-kompjuter ghax issibu lilkom infuskom fil-frisk, specjalment f'din is-shana li qed taghmel f'Settembru 2008. Ghax jekk ma tafux dan ifittxilkom kull nitfa fil-mikroskopju li ghandu u joqghod ghassa bl-apparat elettroniku li ghandu li zgur se jinduna ghax malli tixghelu l-kompjuter taghkom l-apparat li ghandu jimmarka u jitkixfilkom kollox u m'ghandkom xejn sigriet ghax dan espert fl-elettronika avolja l-hanut li kellu falla u kellu jaghlaq, izda kien iqassam l-affarijiet b'xejn biex jixtri l-appogg fil-midja u jkollu appogg mill-edituri u dawk inkarigati fix-xandir halli jaghtuh pubblicita li jibqa' fuq is-siggu (li ghalih huwa tron) fil-palazz tal-parlament Malti u jkun jista jiftahar li ghamel aktar minn ghoxrin sena jsahhan is-siggu u jghid ic-cucati! Dak hu l-effett ta' min jixrob u juza' l-kompjuter, x'jista' jigrilu ... jsib lilu nnifsu fil-qorti!!!