Wednesday, February 11, 2009

WARA L-EWROPA TA' ALFRED SANT

Issa li l-elezzjoni tal-Parlament hadet ir-rankatura sew u din id-darba tal-Lejber issorprendew lil kulhadd bil-lista tal-kandidati li se johorgu fosthom erba' nisa sbieh, ghax id-darba l-ohra lin-nisa kienu nsewhom u kienu hargu ta' cwiec minghajr l-anqas mara wahda, issa tal-Lejber ghandhom tuzzana kandidati. Ahna tax-Xewka, ha nghiduha, nippreferu jitilghu tal-Lejber u sal-Liberali u ftit iktar sa' l-Alternattiva, milli jitilghu tal-GonziPN.

Pero' din id-darba ghalkemm fir-ritratt ghandna lil John Attard Montalto u l-Louis Grech, s'intendi issa flok Joseph Muscat ghandna lil Glenn Beddigfield, pero' nahseb issa ghandna bzonn nahsbu ghal xi mara wkoll mhux hekk!!! Il-problema ghax siggijiet ftit hemm ghal Malta u kieku kieku ntellghuhom kollha ahjar ghax l-erba' nisa tal-Lejber huma sbieh u ntelligenti u ma fihomx x'taghzel, ibda minn Marlene Mizzi, Claudette Abela Baldacchino, Maria Camilleri u dik l-imqarba imma sabiha wkoll Sharon Ellul Bonici (li miskina qabdu maghha wahda sew tal-GonziPN). Ahna tax-Xewka nawgurawlhom kollha kemm huma u nhossu li huwa hasra li almenu l-pajjizi z-zghar m'ghandhomx ghaxra siggijiet (wiehed ghal kull kumitat li hemm fil-Parlament Ewropew kif ilu ighid tal-Liberali John Zammit) Ghax nghiduha kif inhi, il-membri parlamentari Ewropej Maltin mhux facli ghalihom biex ilahhqu mal-ghoxrin kumitat biex jattenduhom. Ta' min jirsisti biex il-pajjizi l-kbar inaqqsu xi siggijiet minn taghhom u jaghtu sa' ghaxar siggijiet lil dawk il-pajjizi li ghandhom inqas minn ghaxra halli dawn kull membru parlamentari Ewropew almenu jlahhqu ma' zewg kumitati kull wiehed!?!? Il-Germanja per ezempju x'tambihom dawk is-siggijiet kollha li ghandha??? X'tahsbu!!!!????

No comments: