Monday, November 3, 2008

MINTOFF IPPREMJAT MINN GADDAFI

Nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru 2008 fil-lukanda Corinthia San Gorg saret manifestazzjoni kbira Minntoffjana fejn l-ex-President Algerin Ahmed Ben Bella f'isem il-President Muammar Gaddafi tal-Libja u bhala president tal-kumitat Premju Gaddafi ghall-Paci inghata l-premju lil Karmenu Mifsud Bonnici biex jghaddihulu ghax Dom Mintoff kien indispost.

Dawk li ma jahmlux lil Dom Mintoff - l-aqwa Prim Ministru ta' Malta, tghidx kemm harbxu fil-gurnali Maltin. Imma kieku tafu ahna l-Mintoffjani x'festa ghamilna, minbarra li kien hemm ikel kemm trid u biex tinfaqa' u tajjeb, kien hemm l-irjus il-kbar ta' Dom Mintoff, bhal Vincent Moran, Alex Sceberras Trogona, Joe Grima, Philip Muscat, Daniel Micallef, Reno Calleja u ohrajn li tghidx kemm jahilfu b'Mintoff bhal John Zammit, Charles Aquilina u lista twila....insomma hallihom jghiru kemm iridu dawk li ma jahmlux lil Mintoff ghax Mintoff jafu li qatt ma kien hawn bhalu, la hawn bhalu u l-anqas qatt ma jkun hawn bhalu sakemm iddum tezisti Malta.

No comments: