Monday, November 3, 2008

QED JIBZGHU MINNHOM!

Hawn xnieghat kbar, issa li riesqa l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Gunju 2009, li l-partiti l-kbar se jipprovaw jaraw kif se jehilsu mill-partiti z-zghar wara r-rizultat inkonklussiv u mizeru li gabu l-partiti l-kbar fl-ahhar elezzjonijiet, fejn l-anqas gabu maggoranza assoluta ta' 50%+1 izda gabu maggoranza relattiva. L-ewwel ma ghamlu helsu minn Norman Lowell billi ghamlulu sentenza ta' habs fuq rasu sospiza ghal sentejn u minhabba f'hekk Norman ma jistax johrog bhala kandidat ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Issa smajna minn wara l-kwinti li din qed jipprovaw jaghmluha lil John Zammit ta' l-Alleanza Liberali wkoll. Issa dawn ighidu li hawn id-demokrazija f'Malta u mbaghad qed jaghlqu halq il-partiti z-zghar jew ohrajn li jistghu bil-voti taghhom itellfu lil partiti l-kbar itellghu s-siggijiet kollha ghalihom fil-Parlament Ewropew. Probabbli li wara jkun imiss lil Emmy Bezzina li dan ukoll xewka kbira gol-warrani taghhom u ma jhallihielomx lixxa. Imma jahasra hawn id-demokrazija u d-diversita' f'Malta, hekk imur jiftahar GonziPN meta jkun Brussel u ta' Brussel probabbli jibilghuha wkoll. Viva d-demokrazija a la Iran u Turkija!!!

No comments: