Thursday, January 8, 2009

PRESIDENT JOJO JEW GOGO!!!???

Nibdew is-sena 2009 billi nawgurawlkom sena tajba u ahjar mill-ohra! Nisperaw li ghaddejtu l-vaganzi tajjeb u kiltu u xrobtu u gawdejtu! Dan l-awgurju jasal lilkom mill-istaff tax-Xewka 4 kollu. Diversi nies fahhru din l-inizjattiva u anke jridu li tibda' terga' tohrog stampata. Izda llum ma' ghadux possibbli kemm minhabba l-ispejjez, kemm biex niffrankaw u nsalvaw is-sigar u anke minhabba li tirrikjedi hafna xoghol ta' gbir ta' riklami u distribuzzjoni li mhux possibbli. Hekk kull ma tridu taghmlu huwa li jkollkom kompjuter u tnizzlu kopja stampata u dan jista' jsir mad-dinja kollha. AWGURI u komplu aqraw Ix-Xewka 4!!!!
-
Mela fl-ahhar wasal it-tmiem tal-president fenek tat-tadam (dak li nofs il-popolazzjoni ma
gharfitux bhala president taghha) u qed jinghad hafna dwar il-president il-gdid ta' Malta. Qed jissemmew diversi nies u anke tal-Lejber qed isemmu xi wiehed minn taghhom. L-Alternattiva u tal-Liberali, s'intendi lil dawn mhux se jtuhom xi cans isemmu lil xi hadd, bhal per ezempju kieku ta' l-Alternattiva jipproponu lil Harry Vassallo u tal-Liberali jipproponu lil Emmy Bezzina (ghax John Zammit zgur ma jkunx iridha ghax dak dejjem ihobb joqghod f'xi rokna u c-cerimonji jobghodhom bhal siehbu Duminku Mintoff). Insomma inkomplu...din tal-president jghidu x'jghidu, anke mir-ritratt tidher cara min se johodha, u jekk minghalikom tahsbu li Gonzi ma jigdibx, jew jigdeb, tindunaw minn wiccu! Ghax jekk Gonzi tistaqsih xi haga u jghid le, izda fl-istess hin ikun qed jidhak, igifieri tkun se tkun iva. Mhux ta' b'xejn fit-teatru ta' l-istitut kattoliku fil-Furjana Gorg Micallef u l-Valletta Drammatic Company se jipprezentaw il-kummiedja "Hawwadni ha Nifhmek" li r-radju u t-TV tan-Nazzi qed jirreklama l-hin kollu u anke l-hin kollu jqassmu l-biljetti b'xejn billi jtellghuhom f'kompetizzjoni! Ha! ha! Ha!

No comments: