Wednesday, February 11, 2009

CHARLES CLEWS TAL-KUNJATA HALLIENA

Huwa b'soghba kbira li smajna li wiehed mill-aqwa atturi komici ta' Malta Charles Clews halliena. B'kumbinazzjoni dan huwa wiehed mill-ahhar ritratti ta' Charles li nzertaja morna narawh fl-isptar Karen Grech ftit qabel ma' miet. Forsi l-akbar kapolavur tiegħu kien “It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla”, ‘soap opera’ li damet għaddejja u ripetuta għal għexieren ta’ drabi fuq il-palk tar-Radio City u f’diversi lokalitajiet oħrajn f’Malta u Għawdex.

Fl-1943, Charles iżżewweġ lil Annie Pavia u kellhom tmint itfal – Hilary (illum mejjet), Miriam, Jane, Irene, Norman, Kenneth, Alan u Kevin. Kontributur regolari f’l-orizzont bil-paġna “Ħrejjef t’Esopu” u ħabib kbir ta’ Charles Clews, Frans H. Said jiddeskrivi lil Clews bħala bniedem li Malta kibret miegħu. “Tista’ ssejjaħlu idolu, kien persuna li kulħadd kien jitgħallem minnu,” iżid jgħid Said. Jgħid li Clews kien ħoloq il-karattru Fredu Frendo Schendo, karattru apposta għall-programmi tat-tfal. Flim­kien ma’ Johnny Catania, kien jgħin ukoll bis-sehem tiegħu fil-festini organizzati għat-tfal fil-bżonn, u dan kienu jagħmluh mingħajr ħlas.

L-attur John Suda jiddes­krivih bħala l-istorja tat-teatru ta’ Malta u jgħid li hija ħasra li ż-żgħażagħ tal-lum ma jiftakruhx tajjeb u ma jafux kemm kien kittieb tajjeb, ħassieb tajjeb kif ukoll attur u komiku tajjeb. Jgħid ukoll li Clews kien wieħed mill-kbar li qatt kellu pajjiżna u l-kontribut tiegħu kien kbir wisq. Addio Charles, ahna tax-Xewka nsellmulek u ma ninsewk qatt, nipprovaw inkomplu warajk dak li kont taghmel int, imma ghandna dubju kemm ahna tal-kalibru tieghek, is-sliem u l-paci ta' dejjem!

No comments: