Wednesday, November 26, 2008

IX-XITAN M'GHANDUX HALIB

Ix-xitan m'ghandux halib, veru, ghax kif qed taraw, (forsi mhux kulhadd jaf) li hawn joqghod il-ministru ta' bla portafoll (li hu mnizzel bhala l-uniku bla portafoll li qatt kien hemm fl-istorja tal-parlament Malti) u peress li ghamel ghoxrin sena fl-oppozizzjoni u jekk jghix sa' l-ahhar tal-legislazzjoni li qeghdin fiha fadallu sas-sena 2013 biex forsi jittama li jsir ministru, issa fil-bajja famuza ta' l-Irnella ezatt quddiemu gabulu rig taz-zejt, ghax peress li l-hin kollu jrid itella' z-zejt u l-hin kollu jwieghed li jekk itellghuh fil-parlament itella' z-zejt, issa qalulu ghandek ic-cans ghax ir-rig taz-zejt gabuh fil-bajja tieghu, igiefieri ta' Joe Mizzi.

Izda tax-Xewka sirna nafu li dan Mizzi mhux talli mhux se jtella' z-zejt, izda tant ma fadallux zejt f'wiccu li se jtella' lil girien tieghu li qieghed hajt ma' hajt, John Zammit tal-Liberali (bniedem kwiet u integru u ma jhobx jaqla' nkwiet ma' hadd) il-Qorti talli dan wara li Joe Mizzi ilu jibbuljah, fl-ahhar ma ssapportiehx aktar u baghtlu xi e-mail fejn baghtu jixxejjer wahda sew. Allura Joe Mizzi li l-hin kollu jiggieled ma' kulhadd mhux veru se jtella' z-zejt, dak jghid hekk biex jitmejjel bikom, ghax l-iktar li huwa maghruf hu biex itella' n-nies il-qorti jew quddiem il-parlament bi ksur ta' privilegg. Araw il-lista tal-ksur tal-privileggi quddiem il-parlament Malti jekk hux Joe Mizzi qieghed l-ewwel. Ejja Guz tella' z-zejt!!!!

No comments: