Wednesday, September 10, 2008

IL-PARTNERSHIP

Tal-Lejber maghrufin ghal kutrumbajsi qalilhom Gonzi, izda erhilu li hu jaghmel izjed minnhom kutrumbajsi. Pero' tal-Lejber li qed jaghmlu hazin huwa li issa ghax hemm lahma tajba fl-Ewropa mohhom biex jahtfu u jibilghu. Wiehed minnhom kien dak iz-zring splodut ta' Joe Mifsud li wara li ntefah hafna aktar milli suppost kien jiflah, sploda u spicca fix-xejn. Darba kien iltaqa' ma bassar tal-futur u kien qallu biex ma joqghodx jintefah hafna u jippoza ma' hafna rjus kbar u jmur jigri wara l-flus ta' l-Ewropa (specjalment meta huwa kien dikjarat kontra l-Ewropa) ghax kien se jigrilu bhal l-istorja taz-zring li jintefah hafna bih innifu u jisplodi. Fil-fatt issa spicca barra mill-partit tal-Lejber u hadlu postu in-nobbli Sceberras Trigona. L-istess gralhom ohrajn minn tal-Lejber li marru biex jahtfu u jibilghu mill-Ewropa ghax in-Nazzi ma tawhomx cans u dar Malta u l-postijiet kollha fl-Unjoni Ewropeja gew mimlija min-nies tal-qalba tal-GonziPN. Mhux ta' b'xejn li Emmy ta' l-Alpha l-hin kollu jsemmi c-crieki tac-crieki u x-xandir f'idejn tac-crieki u lilu ma jhalluhx jaghmel programmi u Cristina qabdet mieghu u programmi u personaggi tan-Net TV illum qeghdin fuq it-TVM tant li meta tkun tqalleb mill-istazzjon tan-Net TV ghal TVM li suppost huwa tal-Gvern u ta' kulhadd, issib stazzjon iehor tal-PN u thossok in ecstacy u tibda tara l-istilel kif ma tarax persuna wahda tal-lejber. Izda s-sabiha hija kif il-ONE TV il-hin kollu jgerger u jghid li f'Malta kollox sejjer hazin tant li jaghmillek ugiegh ta' ras u ssib lilek innifsek in ecstacy bid-dwejjaq li jqabbdek u allura bla ma trid ikollok tqalleb jew fuq NET TV li ghalih kollox sejjer tajjeb u sejrin 'il quddiem jew tmur fuq TVM fejn l-istess kollox sejjer tajjeb inklux tax-XARABANK u ta' BONDI + u allura hawn ukoll thossok in ecstacy ghax thossok ferhan se ttir ghax kollox sejjer tajjeb u qishek qieghed fil-genna. Kwazi kwazi jistghu ma' jgibux drogi ecstacy izjed bil-kuntrabandu l-anqas haqq li jittellghu il-qorti ghax f'Malta kif sejrin kulhadd qieghed in ecstacy!!! ha...ha...ha...

No comments: