Tuesday, September 9, 2008

IL-KNISJA B'DISKA MZARZRA


F'San Gwann l-Isqfijiet ghaxxquha! Ghax ghall-quddiesa ta' ringrazzjament ta' l-Assedju l-kbir tat-8 ta' Settembru regghu qabduha kontra d-divorzju, l-abort u l-awtanasja. Ahna tax-Xewka naqtghu rasna li dak li kien qed jghid l-arcisqof Paul Cremona zgur mhux hu ried ighidu, izda kien imqabbad mill-vigarju tieghu (espert fid-divorzju) l-Ajjutallah Anton Gouder.


Pero' donnu alla ma jahmilx ghax ghal din il-quddiesa, kien hemm nuqqas ta' mistednin li ma attendewx u l-aktar li kien qed jghid ghalihom, il-membri parlamentari kull ma attendew 16 b'kollox, 13 (ta' Guda) le sorry tal-PN u 3 tal-Lejber! Probabbli tal-Lejber xi tlieta mid-dojoq (mhux tal-versi dojoq li ma kienx jahmlu Ugu Tutu tal-borma) li hemm fil-parlament.


Iktar ma l-isqfijiet joqghodu jdoqqu d-diska mzarzra li ghandhom u li ilhom idoqquha mis-seklu l-iehor, meta ma konniex ghadna dhalna fl-Ewropa, iktar jahasra se jkomplu jitilquhom. Bizzejjed il-Knisja f'Malta qed jaharbulha qassisin, patrijiet u sorijiet mill-kunvent, minbarra li l-ohrajn (il-maggoranza xjuh) qed imutulhom u se jispiccaw bla qassisin, dan jonqoshom joqghodu jdoqqu diski antiki ta' zmien Mussolini, Franco u Salazar biex ikomplu jgerrxu l-merhla! Jaqblilhom jaraw x'se jaghmlu ghax mill-knisja li se jibqa' huwa l-gebel fi ftit tas-snin ohra.
Donnhom ghadhom ma jafux li l-pajjizi ta' Mussolini, Franco u Salazar dahhlu d-divorzju, l-abort, zwigijiet bejn l-omosesswali u ligijiet ohra progressivi, issa Malta fadal u jistghu mhux ikomplu jdoqqu d-diska mzarzra li ghandhom ghax kollox se jidhol, iridu jew ma jridux.....

No comments: