Sunday, October 12, 2008

REGGHU GEJJIN TAS-SUFFARA!!!!

Tas-suffara regghu gejjin
Dun Anton Gouder rega' sejjhilhom
ghamel hekk fuq ix-Xarabank
ghax meta jfettilu jaf jaghmilhom!
-
Ma tghallimx x'gara fl-imghoddi
bil-fatati u bl-erwieh,
kemm telqu nies mill-knisja
u kemm tilfu il-mistrieh.
-
Hareg rega' bhal qatta habel
donnu jxejjer bl-istallett
izda Georg Sapiano malajr qallu
li issa spicca zmien l-interdett
-
Dun Anton jixbah l-Ajutallah
dak dejjem baqa' fundamentalist
izda jekk behsiebu jkompli sejjer
malajr se jsib ruhu fil-frisk
-
Malta Malta 'l quddiem imxi
iftah mohh anke l-Justin,
ghax ghalkemm hija hafna helwa,
ma tobsorx li tibza' mid-destin
-
Id-destin ta' Malta moderna
jrid ikun bhall-Ewropa tal-'genn men'
Bhal ma jghid Zammit tal-Liberali
bhal Amsterdam u Copenhagen

TAL-KANNA

No comments: