Dun Anton Gouder, mhux ahjar tmur tixxejjer f'xi rokna u ma tkomplix taqa' ghan-nejk!!!!????
Rapport - It-Torca 12 ta' Ottubru 2008
L-istħarriġ li Xarabank ippubblika nhar il-Ġimgħa wera li l-maġġoranza tal-Maltin jaqblu li f’pajjiżna jidħol id-divorzju. L-introduzzjoni tad-divorzju f’pajjiżna ilu jkun diskuss is-snin. Madanakollu, kull meta tqajjem dan is-suġġett dejjem sab oppożizzjoni qawwija u l-interess fih bħal donnu dejjem tmewwet.Statistika uffiċjali turi li kważi żewġ koppji Maltin qed jitolbu s-separazzjoni kuljum.Il-verità hi li s-soċjetà Maltija tal-lum qiegħda tieħu xejra ferm differenti minn kif konna nafuha qabel. Mill-istħarriġ ta’ Xarabank ħareġ li ammont kbir ta’ żgħażagħ jippreferu jgħixu mas-sieħeb jew sieħba tagħhom mingħajr ma jiżżewġu.Jidher li għalkemm id-divorzju ma tħalla qatt jidħol f’pajjiżna biex tkun protetta s-soċjetà tagħna, it-tibdil fil-kultura tas-soċjetà xorta qed iseħħ. Uħud isibu sieħeb jew sieħba oħra u jerġgħu jittantaw xortihom, mingħajr iżda l-ebda rikonoxximent tal-istat. Spiss iseħħ li din il-koppja l-ġdida jkollha t-tfal. Imma s-soċjetà Maltija ma tantx hi ħanina ma’ dawn in-nies li ssejħilhom ‘poġġuti’. Kieku f’Malta kellna d-divorzju, dawn il-koppji jkunu jistgħu jiffurmaw familja ġdida rikonoxxuta mill-istat.Hemm diversi opinjonijiet dwar jekk id-divorzju għandux jiddaħħal f’pajjiżna jew le. Kien għalhekk li Xarabank stħarreġ dwar taħsibha s-soċjetà Maltija dwar is-suġġett.Minn dan l-istħarriġ ħareġ li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin taqbel mad-dħul tad-divorzju f’pajjiżna. Joħroġ ċar ukoll li l-maġġoranza ta’ dawk li jaqblu li d-divorzju għandu jidħol f’pajjiżna, jgħidu li dan għandu jingħata biss f’każi veru serji. L-irġiel huma iżjed favur id-divorzju min-nisa. Fuq kollox, dawk li jaqblu l-aktar mad-dħul tad-divorzju huma persuni li għandhom inqas minn 65 sena.Meta staqsejna jekk jaqblux mal-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta, ir-riżultat kien: 50.4% Jaqblu, 49.1% Ma jaqblux, filwaqt li 0.5% ma kienux ċerti.L-istess riżultat, meta maqsum bejn in-nisa u l-irġiel, ħareġ li l-irġiel jaqblu aktar min-nisa li d-divorzju għandu jidħol f’Malta:Irġiel - 53.7% Jaqblu, 46.3% Ma jaqblux. Nisa - 47.2% Jaqblu, 51.8% Ma jaqblux, 1% Mhux ċerti.Fl-istess ħin, meta r-risposti ta’ dawk li rrispondew jitqassmu skond l-età tagħhom, instab li l-unika sezzjoni li ma taqbilx li d-divorzju għandu jidħol f’pajjiżna hija dik tal-persuni li għandhom l-età ta’ 65 sena jew aktar; bis-sezzjonijiet l-oħrajn kollha f’maġġoranza favur id-divorzju. (Tabella 1)Lil dawk li qablu li d-divorzju għandu jiddaħħal f’Malta, saritilhom il-mistoqsija jekk id-divorzju għandux jingħata fuq raġuni serja biss jew inkella tkun xi tkun ir-raġuni. Il-figuri kienu dawn: Għal raġunijiet serji 84.4%, Għal kwalunkwe raġuni 14.2%, Jiddependi 1.4%.Mistoqsija oħra kienet: Jekk id-divorzju jkun introdott f’Malta u inti tkun bżonnu, tużah? Ir-risposti kienu hekk: Iva 51.3%, Le 39.8%, Ma Nafx 8.9%.Meta dawn ir-risposti jitqassmu skond is-sess tal-intervistati, jidher biċ-ċar li l-irġiel ipotetikament lesti li jużaw id-divorzju aktar min-nisa. Madanakollu fil-maġġoranza, iż-żewġ sessi stqarru li jekk ikun hemm bżonn u jkunu jistgħu jieħdu d-divorzju, jeħduh:Irġiel – 52% Iva, 39.8% Le, 8.2% Ma jafux.Nisa – 50.7% Iva, 39.8% Le, 9.5% Ma jafux.Jekk ir-riżultat jitqassam skond l-età, jidher li l-ikbar sezzjoni li jaslu biex jużaw id-divorzju huma dawk ta’ bejn it-18 u l-24 sena (86.4%). L-iżgħar persentaġġ (19.4%) kien dak tas-sezzjoni ta’ l-età minn 65 sena ’il fuq.(Tabella 2)Il-persuni intervistati li kienu miżżewġin saritilhom il-mistoqsija: Li kieku kellek iċ-ċans tmur lura fiż-żmien, tagħżel li tiżżewweġ? Jidher li mir-rispons li kellna, il-maġġoranza għadhom jemmnu fiż-żwieġ meta sostnew li kieku jerġgħu jagħżlu li jiżżewġu anki meta dawn qablu mad-divorzju: Iva 69.1%, Le 28.9%, Ma nafx 2%.Meta dawn jitqassmu skont is-sess, wieħed isib li l-ammont ta’ nisa li għażlu li jerġgħu jiżżewġu kien akbar minn dak tal-irġiel. Iżda jibqa’ l-fatt li l-maġġoranza tat-tnejn għażlu li jerġgħu jiżżewwġu xorta waħda:Irġiel – 64.1% Iva, 34% Le, 1.9% M’inix ċert.Nisa – 70.8% Iva, 27.1% Le, 2.1% M’inix ċerta.Mistoqsija oħra li saret kienet: Tippreferi li tiżżewweġ jew li tgħix mas-sieħeb/sieħba mingħajr ma tiżżewweġ? Il-maġġoranza qablet li l-aħjar għażla hi li tiżżewweġ: Niżżewweġ 68.4%, Ngħix biss 23.7%, Ma nafx 7.9%.Meta dan ir-riżultat jitqassam skond is-sess, joħroġ li l-irġiel jippreferu jgħixu mas-sieħba tagħhom aktar min-nisa. Xorta waħda iżda l-maġġoranza tippreferi ż-żwieġ:Irġiel – 59.9% Niżżewweġ, 30.2% Ngħix biss, 9.9% Ma nafx.Nisa – 76.6% Niżżewweġ, 17.5% Ngħix biss, 5.9% Ma nafx.Hekk kif l-intervistati kienu mqassma skont l-età tagħhom, jidher li l-akbar grupp li jagħżel li jgħix mal-persuna bla ma jiżżewwiġha għandhom l-età bejn it-18 u l-24 sena. Huwa interessanti l-fatt li din hi l-unika sezzjoni li ma kellhiex il-maġġoranza favur iż-żwieġ, għall-kuntrarju tas-sezzjonijiet l-oħrajn kollha. (Tabella 3)Meta kienu mistoqsija: Għaliex taħseb li illum ħafna koppji qegħdin jisseparaw? ir-risposti kienu dawn:Nuqqas ta’ rabta u sens ta’ sagrifiċċju u nuqqas ta’ valuri 23.1%, Infedeltà u ħajja distratta14.4%, Self u wisq dejn 12.7%, In-nisa u l-irġiel li jaħdmu flimkien u l-ħbiberiji ta’ bejniethom 11.7%L-aħħar mistoqsija kienet: Li kieku kellu jsir referendum dwar id-divorzju, int x’tivvota? Maġġoranza relattiva irrispondiet li kieku tivvota favur: Favur 47%, Kontra 46.1%, Ma nafx jew Ma nivvutax 6.9%.Meta r-risposti jitqassmu skond is-sess, wieħed isib li maġġoranza relattiva ta’ l-irġiel jagħżlu li jivvutaw favur, filwaqt li l-maġġoranza relattiva tan-nisa, tivvota kontra:Irġiel – 48.5% Favur, 44.4% Kontra, 7.1% Ma nafx jew Ma nivvutax.Nisa – 45.6% Favur, 47.7% Kontra, 6.7% Ma nafx jew Ma nivvutax.Meta l-intervistati jitqassmu skond l-età, wieħed isib li s-sezzjoni ta’ bejn il-25 sena u t-34 sena huma l-aktar li jivvutaw b’ċertezza favur id-divorzju. Maġġoranza assoluta ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena jivvutaw favur. Dawk li l-età tagħhom hija minn 55 ‘l fuq, jivvutaw kontra. (Tabella 4)Dan l-istħarriġ sar bejn il-25 u t-28 ta’ Settembru 2008. Fih ħadu sehem 358 persuna li minnhom 299 persuna aċċettaw li jirrispondu għall-mistoqsijiet li sarulhom. Il-kampjun tan-nies ittieħed mid-direttorju tat-telefon u r-riżultati tat-tweġibiet tagħhom tqassmu proporzjonalment mal-età u s-sess tagħhom.

No comments:
Post a Comment