Thursday, October 9, 2008

MIN GHANDU XI RITRATT ANTIK.....

Se nibdew nippubblikaw ritratti antiki jew tal-passat: Min irid li r-ritratti tieghu jigu ppubblikati u s'intendi ghandu storja x'jghaddi ghandu jibghathom billi jirregistra fuq il-blogg, araw dettalji isfel.

Mela halli nibdew: Min tahsbu li huma dawn it-tlieta? Fejn tahsbu li jinsab il-post? Jekk tiflu sew fuq wara tidher il-knisja ta' Birzebbuga! Iva! Issa allura dan il-post huwa fi Triq Santa Rita, hawnhekk grupp ta' tfal fis-snin sittin kienu jilghabu tas-suldati u kellhom kamp b'diversi kmamar u llum hemm zewg djar kbar minfloku. Mela min huma dawk it-tlieta: Bil-wieqfa, hadd hlief John Zammit, il-gurnalist, kittieb u politiku li llum waqqaf l-Alleanza Liberal-Demokratika (li skond is-sahhara tal-Bidnija l-partit li waqqaf huwa l-hobby tieghu), l-iehor huwa Manuel Ciappara (hu Josette Ciappara) li huwa Bank Manager tal-Bank of Valletta u kien inkarigat anke mil-fergha ta' Melbourne fl-Awstralja u t-tielet wiehed dak tal-helmet? Dak mhu hadd hlief il-Perit Charles Buhagiar - l-Onorevoli ex-Ministru tax-Xogholijiet tal-Lejber! Iva kienu jilghabu tas-suldati u John Zammit li dak iz-zmien kien beda jitghallem l-inginerija mekkanika qabel dahal fil-gurnalizmu kien ghamel dik il-helmet tal-landi mil-laned tal-luncheon meat, ghamel dik il-jeep huwa wkoll mill-injam u laned u mhux hekk biss fir-ritratt jidher azzarin, dak kien ghamlu John Zammit ukoll mill-injam tal-fagu u kien jispara ta' veru, gebel, bocci tal-hgieg jew anke skorfini. Qed taraw il-mexxejja tal-lum x'kienu fil-passat!!!!! Ghall-informazzjoni ta' kulhadd, specjalment is-sahhara (habiba taghna) tal-Bidnija, John Zammit kien il-kaptan u jmexxi l-armata tat-tfal Maltin ta' Birzebbuga, meta Malta kienet kolonja tal-Gran Brittanja u Birzebbuga kienet bazi Ingliza b'iktar Inglizi milli Maltin!!!!

No comments: