Thursday, October 9, 2008

GAHAN JITGHALLEM IS-SOMOM

Mela wara l-krizi li sabet fiha d-dinja u kulhadd taghtu rasu minhabba li hafna qed jibzghu li l-flus li ghandhom il-Bank se jsirulhom bebbux, Gahan tant hassu se jiggennen li ma jafx jghodd is-somom li ddecieda li jmur jitghallem.

Gara issa li fl-ahbarijiet ta' Malta thabbar li l-Maltin u l-Ghawdxin m'ghandniex ghalfejn ninkwetaw ghax il-Gvern ta' GonziPN f'kaz li l-Banek ifallu qed jaghti garanzija li jaghti flus ta' Ewro 100,000 ghal kull persuna minflok Ewro 20,000. Gahan ta' gahan li hu qal li allura ahjar il-Banek Maltin ifallu, ghax hu ghandu Ewro 100 fil-Bank u b'hekk zgur se jdahhal taghhom Ewro 20,000 jekk mhux Ewro 100,000.

Izda Gahan wara li dam isaqsi kif jista' jkun u wara li qaleb mohhu ta' taht fuq induna li din hija xi dahka ohra ta' GonziPN ta' qabel l-elezzjoni, meta dahak bil-haddiema tat-Tarzna, b'dawk li qalilhom se jnaqqsilhom it-taxxa tad-dhul, b'dawk li issa waqqalhom il-karavannijiet ta' Bahar ic-Caghaq u b'bosta ohra...lista twila ma tispicca qatt.

Allura qal Gahan wara li tghallem xi ftit jghodd is-somom, jekk il-Gvern ta' GonziPN ghandu dak id-dejn kollu ta' madwar Ewro 3,000,000,000 (ma nafx nghidhom....Tlett biljun Ewro?!?) kif jista' jkun li GonziPN jaghti dawk il-flus kollha, meta l-flus li hemm depozitati fil-Banek Maltin huma dawk il-flus li l-istess GonziPN ghandi jaghti lura b'dejn lid-depozitaturi stess!?!

Mela GonziPN ghalhekk il-hin kollu jidhak u joghxa ghax minbarra li ghereq fil-gideb, ghereq fid-dejn hu, il-partit tieghu, il-Maltin u l-Ghawdxin kollha u bl-invazjoni ta' l-immigranti llegali iktar qed neghrqu bis-salt u mhux ta' b'xejn issa sirna nafu bil-provi li Malta hija l-fdal ta' Atlantis li probabbli gherqet wara li kien qed imexxiha xi hadd bhal GonziPN. Fhimtu issa. Nahseb Gahan ghamel kalkolu sew...ftit iehor Atlantis se jibdew jghaddu l-vapuri minn fuqha u ghalhekk it-tarzna mhux se jkollna bzonnha aktar.

No comments: