B’effett mit-30 ta’ Dicembru, 2008, il-Maltin mhux se jkollhom bżonn iżjed il-visa biex isiefru lejn l-Amerika. Dan il-pass hu riżultat ta’ ftehim li Malta ffirmat mal-Amerika f’April li ghadda. Biex persuna tkun eligibbli, irid ikollha passaport biometriku validu, li bdew jigu ntrodotti minn Ottubru li ghadda. Minbarra hekk, il-persuna li se ssiefer ma tistax iddum iżjed minn 90 gurnata fil-pajjiż. Biex tkun eligibbli, trid tkun kisbet l-ESTA (Electronic System for Travel Authorisation) li hi awtorizzazzjoni elettronika ghall-ivvjaggar li tista’ tinkiseb mill-indirizz www.usembassy.gov sa 72 siegha qabel il-vjagg.
Issa almenu fl-ahhar sar xi haga ghal gid tal-Maltin u bil-qalb nghidu lill-Ambaxxatrici Amerikana...Good Golly Ms Molly Bordanaro.....haqqu Gonzi jtiha bewsa, issa!!!!
No comments:
Post a Comment