Il-Hadd li ghadda f'Malta giet iccelebrata l-festa ta' Kristu Re fl-izghar (kwazi) rahal ta' Malta tal-Kalkara. Hafna jiftakru meta fis-snin imghoddija din il-festa kienet tigi ccelebrata bil-pompa tant li kienu jimlew il-fosos tal-Furjana aqwa mill-aqwa meetings ta' l-akbar massa li kellhom tal-Lejber u n-Nazzi. Imma nahseb li gralhom bhal ma' qalilhom Karmenu Mifsud Bonnici li qabel kien imlahhaq fl-Azzjoni Kattolika u issa jmexxi l-Kampanja ghall-Indipendenza Nazzjonali (CNI) li jekk nidhlu fl-Unjoni Ewropeja Malta ma kienetx se tibqa' Kattolika. U veru ghax kulhadd qed jitlaq mill-knisja sa anke l-qassisin u s-sorijiet u tisma haxx haxx minn taht x'sar minnu t-tali qassis jew patri u anke t-tali soru. Mhux ta' b'xejn Sister Joan dik li taghti xebgha lill-irgiel ma tridx tghid x'sar minnha Sister Marija, u kif hafna Maltin qed jaqilbu mal-Gehova, Musulmani u ma' religjonijiet ohra u sa hawn ukoll min qed jghid li alla tieghu maghmul minn erba' persuni: Dom Mintoff ghax salva lil Malta, Napuljun ghax heles lil Malta mill-Inkwizizzjoni u l-kavallieri, Vladimir Lenin ghax nehha lill-haddiema minn skjavi u tahhom id-drittijiet li kien jisthoqqilhom u John Lennon talli gab rivoluzzjoni muzikali kbira u jahdem ghall-paci (alla b'erba' persuni). Ghandha ragun Sister Joan taqleb ghajnejha u Dun Anton Gouder irid jerga' jgib id-dnub il-mejjet tas-snin sittin. Smajtuha ta' l-ahhar: Michael Jackson sar Musulman ukoll. Hi fejn wasalna!!!
Wednesday, November 26, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment