Sunday, October 5, 2008

NO COMMENTS!

Ix-Xewka 4 waqt li tkun attenta fuq kollox u kull ma' jkun qed jigri (inkluz xi tkun qed tghid is-Sahhara tal-Bidnija), qabdet din l-attivita' gewwa l-universita', izda minhabba s-sitwazzjoni kritika li tinsab fiha l-universita' bhalissa mhux se tikkummenta, kemm minhabba xi libel, li l-Maltin jiddilettaw bihom hafna, izda ahna avolja joffenduna u jkun hemm diversi drabi li naghmlu libelli, ahna ma naghmluhomx, anzi rridu nghallmu lil kulhadd biex jidra jiehu cajta u minghajr ma joqghod jaghmel il-libelli.

Ghalhekk ahna se nhallu ghad-diskrezzjoni taghkom x'tahsbu li gara f'dan ir-ritratt, imbaghad il-lekcerers u dawk il-haddiema ta' l-universita' jekk jiehdux iz-zieda li jixtiequ hija bicca ohra. Ghalkemm diversi ilsna hziena bdew jistaqsu kif jista' jkun ta' l-universita' jiehdu dawk iz-zidiet li qed jitolbu meta tat-tarzna tefghuhom 'il barra u haddiema ohra f'hafna postijiet jinsabu mdendlin!!! Insomma issa naraw....halluh ihabbat il-maltemp!!!!

KOMPETIZZJONI TAD-DAHK!



Idhak Emmy, idhak...!!!! qed jixxerdu xnieghat li se ssir kompetizzjoni ta' min jidhaq l-iktar u fil-kategoriji se jkun hemm dawk li jidhku l-aktar, dawk li jidhku l-isbah u wkoll dawk li skond il-proverbju Malti min jidhak l-ahhar.....

Huwa maghruf li l-iktar li qed jissemmew li jistghu jkunu r-rebbieha u fil-finali zgur se jkun hemm GonziPN u difficli biex Emmy Bezzina jirbahlu lil dan GonziPN ghax huwa c-campjin tad-dinja diga' dwar kemm jidhak. Li jista' jkun li jigri izda li peress li GonziPN meta jkun wieghed xi haga u ma jkunx jista' jaghmilha, minflok li jidhak sabih, jidhak ikrah, bhal ma dahak bil-haddiema tat-Tarzna, li qabel l-elezzjoni qalilhom li hadd minnhom ma hu se jitkecca!?!? Insomma issa naraw....pero' Emmy zgur jidhak sabih, arawh fir-ritratt! Prosit Emmy, keep it up!!!

ZAMMIT JIKKANVASSJA


John Zammit tal-Liberali ta' Malta tant hadha bis-serjeta' l-kampanja tieghu ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li sahansitra mar jikkanvassja Kopenhagen. Imma jekk ma tafux mhux talli kkanvassja u rnexxielu li issa sirna nafu li l-Prim Ministru Daniz, Anders Rasmussen tant ghogbu Zammit li se jibghatlu kelliem tieghu jitkellem f'konferenza li se jorganizza dan ix-xahar gewwa l-kwartier tal-Liberali ta' Malta gewwa l-belt Valletta, nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru. Qed taraw kif Zammit qed jirnexxi u li jekk ittellghuh fil-Parlament Ewropew zgur se jkun success ghal Malta u l-Maltin u s'intendi l-Ghawdxin ma ninsewhomx!

QABDU MAL-QTATES


Meta n-Nazzi jkunu ghaddejjin minn hafna tahwid biex jghattu xturhom jaraw jaqbdux ma' xi hadd. Dan l-ahhar wehilna ahna l-qtates ma' rashom u issa qed jghoddu kemm hemm eluf ta' qtates jigru barra u kemm qeghdin gewwa. S'intendi shabna l-klieb ukoll issemmew. Ahjar GonziPN jara kif se jsolvi l-problemi li gab lil Malta fihom u lilna jhallina! Mhux l-ewwel joqghod iwieghed hafna affarijiet li kien jaf li ma jistax jaghmilhom, imbaghad wara l-elezzjoni gab l-iskuza ta' dak li ghamel siehbu l-Bush ta' l-Amerika, li waqqa' kollox ghal isfel inkluz il-Kapitalizmu! Eh, bil-haqq fejnu siehbu il-Feneck tad-Tadam li jiftahar hafna li l-komunizmu kkrolla, mela issa l-kapitalizmu xi gralu! Nahseb ahjar immur ma' John li jzomm l-id jew Zammit tal-Liberali ghax issa qed jghidu li l-liberalizmu se jiehu d-dinja.... Mela halluna lilna l-qtates ghax bi protesta mmorru mal-liberali....

Wednesday, October 1, 2008

JOSEPH MUSCAT - AWGURI!




Fl-okkazjoni tad-dhul fil-Parlament Malti illum 1 ta' Ottubru 2008, meta Joseph Muscat jinhatar kap ta' l-oppozizzjoni u jibda' ufficjalment imexxi l-grupp parlamentari Laburista din il-poezija niddedikaw.

Lill-mahbub Joseph taghna

kulhadd ihobbu u jixtieq ibus

ginger u helu, gabilhom l-ghira

ghax gab partit tal-Lejber fiducjuz.

-

Mexxej onest u bla nteressi

hlief li jara l-pajjiz fis-sod

tal-PN malajr hargu jhammgu

ghax bid-dejn gabu Malta bla sold.

-

X'sodi, sodi idejn Gonzi

hlief jirtodu mhux qeghdin

ghax malli Joseph lahaq lider

Gonzi sar qisu xadin!!!

-

Twerwru twerwru n-Nazzi kollha

farrku l-Malta u l-Maltin

Gideb, tahwid, gholi tal-hajja

gabuna f'sitwazzjoni x'wahda din!

-

Ghamlu kuragg taht Joseph taghna

halli nkunu maghqudin

biex fl-elezzjoni li gejja

naghtu s-sabar lill-Maltin.

-

Joseph, Joseph, ejja zurna

f'kull rahal u f'kull belt

ehlisna min-Nazzi darba ghal dejjem

minn kull sahta minn kull ghelt.

-

JP 1-10-2008

Sunday, September 14, 2008

INDIPENDENZA FARSA TAL-KUTRUMBAJSA!!!


F'Novembru 1967 in-Nazzi ta' Borg Olivier wara li kienu jikkundannaw lil Mintoff u l-Lejber dwar l-Unjoni Sovjetika, l-AAPSO (li kienu ighidu mimlija komunisti) u x'naf jien gabu l-ewwel Ambaxxatur Sovjetiku (Russu) f'Malta (kutrumbajsa din jew) izda mhux hekk fl-1964 suppost (kif jiftahru n-nazzi) konna indipendenti. Izda meta gie l-Ambaxxatur Mikhail Smirnovsky biex jipprezenta l-kredenzjali u haseb li allura li Malta kienet indipendenti se jipprezentahhom lil xi wiehed Malti bhala kap ta' Malta, izda baqa' sorpriz ghax sab li lil min kellu jipprezenta l-kredenzjali ma' kienx hlief il-Gvernatur Ingliz Sir Maurice Dorman li kien jirrapprezenta lir-Regina Elizabbetta II, ghax fil-fatt hija kienet il-kap ta' Malta!!! Dik kienet l-indipendenza li jiftahru biha n-NazziPN ta' GonziPN erba' u erbghin sena ilu. Izda z-zghazagh tal-lum ma jafux u allura jbellghulhom ir-ross bil-labra u jitmejjlu bihom kif iridu. Mhux hekk biss iz-ziju ta' GonziPN li kien l-arcisqof ta' Malta - Sir Michael Gonzi (Sir ghax dan tant kien jaqdi lir-Regina mill-koxxa) li l-Gvern Ingliz ghamluh Sir biex jirringrazzjawh ta' kull ma' kien jaghmel biex jiffavorixxi lill-Inglizi u mhux hekk biss tant darba minnhom kien ha qata' meta Gorg Borg Olivier kienet qabzitlu l-kelma INDIPENDENZA (indipendenza xejn, ghax il-bazijiet Inglizi baqghu hawn, l-artijiet li kellhom l-Inglizi baqghu ghandhom, il-Maltin xorta kienu jsibu l-Military Police ma jhalluhomx jidhlu f'hafna partijiet ta' Malta, li fil-fatt kienet indipendenza fuq il-karta, dik li naraw fir-ritratti jxejjer fl-ajru Gorg Borg Olivier fir-ritratt ta' tifkira ta' l-Indipendenza) li kien il-Vatikan u gie jigri lejn Malta u baqghatlu ta' "Speedy Gonzales" wara d-diska li kienet tant saret popolari dak iz-zmien tal-kantant Pat Boone. Tant biex iz-zghazagh specjalment NazziPN jew GonzjaniPN ikunu jafu!!!!

Wednesday, September 10, 2008

IL-PARTNERSHIP

Tal-Lejber maghrufin ghal kutrumbajsi qalilhom Gonzi, izda erhilu li hu jaghmel izjed minnhom kutrumbajsi. Pero' tal-Lejber li qed jaghmlu hazin huwa li issa ghax hemm lahma tajba fl-Ewropa mohhom biex jahtfu u jibilghu. Wiehed minnhom kien dak iz-zring splodut ta' Joe Mifsud li wara li ntefah hafna aktar milli suppost kien jiflah, sploda u spicca fix-xejn. Darba kien iltaqa' ma bassar tal-futur u kien qallu biex ma joqghodx jintefah hafna u jippoza ma' hafna rjus kbar u jmur jigri wara l-flus ta' l-Ewropa (specjalment meta huwa kien dikjarat kontra l-Ewropa) ghax kien se jigrilu bhal l-istorja taz-zring li jintefah hafna bih innifu u jisplodi. Fil-fatt issa spicca barra mill-partit tal-Lejber u hadlu postu in-nobbli Sceberras Trigona. L-istess gralhom ohrajn minn tal-Lejber li marru biex jahtfu u jibilghu mill-Ewropa ghax in-Nazzi ma tawhomx cans u dar Malta u l-postijiet kollha fl-Unjoni Ewropeja gew mimlija min-nies tal-qalba tal-GonziPN. Mhux ta' b'xejn li Emmy ta' l-Alpha l-hin kollu jsemmi c-crieki tac-crieki u x-xandir f'idejn tac-crieki u lilu ma jhalluhx jaghmel programmi u Cristina qabdet mieghu u programmi u personaggi tan-Net TV illum qeghdin fuq it-TVM tant li meta tkun tqalleb mill-istazzjon tan-Net TV ghal TVM li suppost huwa tal-Gvern u ta' kulhadd, issib stazzjon iehor tal-PN u thossok in ecstacy u tibda tara l-istilel kif ma tarax persuna wahda tal-lejber. Izda s-sabiha hija kif il-ONE TV il-hin kollu jgerger u jghid li f'Malta kollox sejjer hazin tant li jaghmillek ugiegh ta' ras u ssib lilek innifsek in ecstacy bid-dwejjaq li jqabbdek u allura bla ma trid ikollok tqalleb jew fuq NET TV li ghalih kollox sejjer tajjeb u sejrin 'il quddiem jew tmur fuq TVM fejn l-istess kollox sejjer tajjeb inklux tax-XARABANK u ta' BONDI + u allura hawn ukoll thossok in ecstacy ghax thossok ferhan se ttir ghax kollox sejjer tajjeb u qishek qieghed fil-genna. Kwazi kwazi jistghu ma' jgibux drogi ecstacy izjed bil-kuntrabandu l-anqas haqq li jittellghu il-qorti ghax f'Malta kif sejrin kulhadd qieghed in ecstacy!!! ha...ha...ha...