Sunday, September 14, 2008

INDIPENDENZA FARSA TAL-KUTRUMBAJSA!!!


F'Novembru 1967 in-Nazzi ta' Borg Olivier wara li kienu jikkundannaw lil Mintoff u l-Lejber dwar l-Unjoni Sovjetika, l-AAPSO (li kienu ighidu mimlija komunisti) u x'naf jien gabu l-ewwel Ambaxxatur Sovjetiku (Russu) f'Malta (kutrumbajsa din jew) izda mhux hekk fl-1964 suppost (kif jiftahru n-nazzi) konna indipendenti. Izda meta gie l-Ambaxxatur Mikhail Smirnovsky biex jipprezenta l-kredenzjali u haseb li allura li Malta kienet indipendenti se jipprezentahhom lil xi wiehed Malti bhala kap ta' Malta, izda baqa' sorpriz ghax sab li lil min kellu jipprezenta l-kredenzjali ma' kienx hlief il-Gvernatur Ingliz Sir Maurice Dorman li kien jirrapprezenta lir-Regina Elizabbetta II, ghax fil-fatt hija kienet il-kap ta' Malta!!! Dik kienet l-indipendenza li jiftahru biha n-NazziPN ta' GonziPN erba' u erbghin sena ilu. Izda z-zghazagh tal-lum ma jafux u allura jbellghulhom ir-ross bil-labra u jitmejjlu bihom kif iridu. Mhux hekk biss iz-ziju ta' GonziPN li kien l-arcisqof ta' Malta - Sir Michael Gonzi (Sir ghax dan tant kien jaqdi lir-Regina mill-koxxa) li l-Gvern Ingliz ghamluh Sir biex jirringrazzjawh ta' kull ma' kien jaghmel biex jiffavorixxi lill-Inglizi u mhux hekk biss tant darba minnhom kien ha qata' meta Gorg Borg Olivier kienet qabzitlu l-kelma INDIPENDENZA (indipendenza xejn, ghax il-bazijiet Inglizi baqghu hawn, l-artijiet li kellhom l-Inglizi baqghu ghandhom, il-Maltin xorta kienu jsibu l-Military Police ma jhalluhomx jidhlu f'hafna partijiet ta' Malta, li fil-fatt kienet indipendenza fuq il-karta, dik li naraw fir-ritratti jxejjer fl-ajru Gorg Borg Olivier fir-ritratt ta' tifkira ta' l-Indipendenza) li kien il-Vatikan u gie jigri lejn Malta u baqghatlu ta' "Speedy Gonzales" wara d-diska li kienet tant saret popolari dak iz-zmien tal-kantant Pat Boone. Tant biex iz-zghazagh specjalment NazziPN jew GonzjaniPN ikunu jafu!!!!

Wednesday, September 10, 2008

IL-PARTNERSHIP

Tal-Lejber maghrufin ghal kutrumbajsi qalilhom Gonzi, izda erhilu li hu jaghmel izjed minnhom kutrumbajsi. Pero' tal-Lejber li qed jaghmlu hazin huwa li issa ghax hemm lahma tajba fl-Ewropa mohhom biex jahtfu u jibilghu. Wiehed minnhom kien dak iz-zring splodut ta' Joe Mifsud li wara li ntefah hafna aktar milli suppost kien jiflah, sploda u spicca fix-xejn. Darba kien iltaqa' ma bassar tal-futur u kien qallu biex ma joqghodx jintefah hafna u jippoza ma' hafna rjus kbar u jmur jigri wara l-flus ta' l-Ewropa (specjalment meta huwa kien dikjarat kontra l-Ewropa) ghax kien se jigrilu bhal l-istorja taz-zring li jintefah hafna bih innifu u jisplodi. Fil-fatt issa spicca barra mill-partit tal-Lejber u hadlu postu in-nobbli Sceberras Trigona. L-istess gralhom ohrajn minn tal-Lejber li marru biex jahtfu u jibilghu mill-Ewropa ghax in-Nazzi ma tawhomx cans u dar Malta u l-postijiet kollha fl-Unjoni Ewropeja gew mimlija min-nies tal-qalba tal-GonziPN. Mhux ta' b'xejn li Emmy ta' l-Alpha l-hin kollu jsemmi c-crieki tac-crieki u x-xandir f'idejn tac-crieki u lilu ma jhalluhx jaghmel programmi u Cristina qabdet mieghu u programmi u personaggi tan-Net TV illum qeghdin fuq it-TVM tant li meta tkun tqalleb mill-istazzjon tan-Net TV ghal TVM li suppost huwa tal-Gvern u ta' kulhadd, issib stazzjon iehor tal-PN u thossok in ecstacy u tibda tara l-istilel kif ma tarax persuna wahda tal-lejber. Izda s-sabiha hija kif il-ONE TV il-hin kollu jgerger u jghid li f'Malta kollox sejjer hazin tant li jaghmillek ugiegh ta' ras u ssib lilek innifsek in ecstacy bid-dwejjaq li jqabbdek u allura bla ma trid ikollok tqalleb jew fuq NET TV li ghalih kollox sejjer tajjeb u sejrin 'il quddiem jew tmur fuq TVM fejn l-istess kollox sejjer tajjeb inklux tax-XARABANK u ta' BONDI + u allura hawn ukoll thossok in ecstacy ghax thossok ferhan se ttir ghax kollox sejjer tajjeb u qishek qieghed fil-genna. Kwazi kwazi jistghu ma' jgibux drogi ecstacy izjed bil-kuntrabandu l-anqas haqq li jittellghu il-qorti ghax f'Malta kif sejrin kulhadd qieghed in ecstacy!!! ha...ha...ha...

PARIRI TAX-XEWKA 4


Hbieb hudu dan il-parir bis-serjeta': l-ewwelnet qatt ma ghandkom tixorbu alkohol u tmorru ssuqu ghax tispiccaw ghand alla u wkoll l-istess qatt ma ghandkom tixorbu xi alkohol, bhal imbid jew birra u tmorru tuzaw il-kompjuter, ghax tistghu tolqtu xi buttuna bi zball u minghajr ma tkunu tafu xi ktibtu (waqt li tkunu in ecstacy - qishek qed tiehu d-droga ecstacy) ma tkunux tafu li bghattu xi messagg offensiv lil xi hadd li tkunu thobbu jew tobghodu u ssibu lilkom infuskom imressqa l-qorti. Dan l-ahhar kien hawn wiehed li gralu hekk u dan inzerta li offenda lil wiehed li wiccu u sormu huma l-istess u li tieghu tieghu u ta' haddiehor tieghu ukoll u jrid jahtaf id-dinja.


Mela hbieb oqghodu attenti li ma tixorbux u tixghelu l-kompjuter ghax issibu lilkom infuskom fil-frisk, specjalment f'din is-shana li qed taghmel f'Settembru 2008. Ghax jekk ma tafux dan ifittxilkom kull nitfa fil-mikroskopju li ghandu u joqghod ghassa bl-apparat elettroniku li ghandu li zgur se jinduna ghax malli tixghelu l-kompjuter taghkom l-apparat li ghandu jimmarka u jitkixfilkom kollox u m'ghandkom xejn sigriet ghax dan espert fl-elettronika avolja l-hanut li kellu falla u kellu jaghlaq, izda kien iqassam l-affarijiet b'xejn biex jixtri l-appogg fil-midja u jkollu appogg mill-edituri u dawk inkarigati fix-xandir halli jaghtuh pubblicita li jibqa' fuq is-siggu (li ghalih huwa tron) fil-palazz tal-parlament Malti u jkun jista jiftahar li ghamel aktar minn ghoxrin sena jsahhan is-siggu u jghid ic-cucati! Dak hu l-effett ta' min jixrob u juza' l-kompjuter, x'jista' jigrilu ... jsib lilu nnifsu fil-qorti!!!

Tuesday, September 9, 2008

IL-LIBERALI HERGIN GHALL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Liberali ta' Malta li inghaqdu mal-Liberali ta' l-Ewropa u li huma t-tielet l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew wara l-konservattivi shab il-Partit Nazzjonalista u s-Socjalisti shab tal-Lejber u li minghajrhom hadd ma jista' jghaddi ligijiet fil-Parlament Ewropew (mhux f'dak ta' Malta li m'ghandu sahha ta' xejn hlief li jkollu jaccetta l-ligijiet ta' Brussel) ghandhom kandidat li huwa bil-wisq aqwa minn Simon Busuttil u Joseph Muscat f'daqqa.

Mhux ta' b'xejn meta dan kien jahdem il-Freedom Press Lino Cassar u Agatha Barbara kienu qalghuhielu PROFESSUR. Ivvotawlu u tellghuh fil-Parlament Ewropew is-sena d-diehla f'Gunju tal-2009 u taraw dan xi jsarrah. Biss biss f'Malta diversi drabi qajjem rivoluzzjoni, mhux ta' b'xejn huwa t-tifel ta' Guzeppi STALIN tat-Tarzna, li kien wiehed milli tkecca fi zmien l-Ammiraljat meta ntefghu l-karozzi fil-baciri!! Ibqghu certi li jekk jitla' fil-Parlament Ewopew mhux id-divorzju biss idahhal f'Malta izda jaqleb Malta ta' taht fuq u anke bajjiet tan-nudisti jkollna!!!! Viva Malta Liberali!!!

IL-KNISJA B'DISKA MZARZRA


F'San Gwann l-Isqfijiet ghaxxquha! Ghax ghall-quddiesa ta' ringrazzjament ta' l-Assedju l-kbir tat-8 ta' Settembru regghu qabduha kontra d-divorzju, l-abort u l-awtanasja. Ahna tax-Xewka naqtghu rasna li dak li kien qed jghid l-arcisqof Paul Cremona zgur mhux hu ried ighidu, izda kien imqabbad mill-vigarju tieghu (espert fid-divorzju) l-Ajjutallah Anton Gouder.


Pero' donnu alla ma jahmilx ghax ghal din il-quddiesa, kien hemm nuqqas ta' mistednin li ma attendewx u l-aktar li kien qed jghid ghalihom, il-membri parlamentari kull ma attendew 16 b'kollox, 13 (ta' Guda) le sorry tal-PN u 3 tal-Lejber! Probabbli tal-Lejber xi tlieta mid-dojoq (mhux tal-versi dojoq li ma kienx jahmlu Ugu Tutu tal-borma) li hemm fil-parlament.


Iktar ma l-isqfijiet joqghodu jdoqqu d-diska mzarzra li ghandhom u li ilhom idoqquha mis-seklu l-iehor, meta ma konniex ghadna dhalna fl-Ewropa, iktar jahasra se jkomplu jitilquhom. Bizzejjed il-Knisja f'Malta qed jaharbulha qassisin, patrijiet u sorijiet mill-kunvent, minbarra li l-ohrajn (il-maggoranza xjuh) qed imutulhom u se jispiccaw bla qassisin, dan jonqoshom joqghodu jdoqqu diski antiki ta' zmien Mussolini, Franco u Salazar biex ikomplu jgerrxu l-merhla! Jaqblilhom jaraw x'se jaghmlu ghax mill-knisja li se jibqa' huwa l-gebel fi ftit tas-snin ohra.
Donnhom ghadhom ma jafux li l-pajjizi ta' Mussolini, Franco u Salazar dahhlu d-divorzju, l-abort, zwigijiet bejn l-omosesswali u ligijiet ohra progressivi, issa Malta fadal u jistghu mhux ikomplu jdoqqu d-diska mzarzra li ghandhom ghax kollox se jidhol, iridu jew ma jridux.....

Monday, September 8, 2008

SPEEDY GONZALES


Speedy Gonzales why don't you go home...hekk qaltlu l-kancilliera Germaniza Angela Merkel. Malli narak qalbi tant tibda tferfer li jkun se jtini attakk tal-qalb, allura ahjar meta narak nibda nkantalek li Speedy Gonzales halli titlaq 'l hemm, lejn pajjizek ghax se tghallini, specjalment b'dik id-dahka li ghandek, li f'Malta sirt naf li meta tinqabad f'xi gidba, ghax twieghed xi affarijiet lill-Maltin u mbaghad issib li ma tkunx tista' taghmilha tibda' tidhak. Veru li dak ta' Dissett tat-tv tal-baqra gejja Bugejja qabdek fuq sieq wahda diversi drabi u mbaghad bdejt tidhak u ma stajtx twiegbu?! Mela sew qaluli! Speedy Gonzales why don't you go home!!!! Taf min qalli hekk tax-Xewka! Mhux dak it-twil ix-xih, le dan ghadu zghir. Qalli li jismu DIDINU, izda m'ghandu x'jaqsam xejn ma' Ninu taz-Zurrieq. Dak smajt li issa qieghed paxxut fil-villa tal-ground tal-futbal u jiccelebra l-festa ta' Santa Katarina.

FENECH ADAMI GHAND TAL-HABBAZIZ


In-Nazzjonalisti ma jaghmlux kutrumbajsi tafux! Jghidu li tal-Lejber jaghmluhom biss! Izda in-Nazzi ilhom hajjithom kollha jaghmlu l-kutrumbajsi, din hija wahda eccezzjonali ghax wara li Duminku l-Kbir kien stabbilixxa relazzjonijiet ma' Gaddafi u dan iggarantilna l-futur taghna meta Mintoff tefa' l-Inglizi 'l barra b'kull ma kellhom, in-Nazzi, l-aktar Fenech tat-Tadami kien jghajjar lil tal-Lejber li jaghmluha ma' tal-Habbaziz...sa anke kkundannaw li Mintoff gab lil Gaddafi Malta fil-31 ta' Marzu 1979 - JUM IL-HELSIEN, izda din kollha ghejra kienet, ghax wara li telghu fil-gvern tghidx kemm marru jigru ghand Gaddafi. Hemm araw ibusu jonqsu l-fenek...allura mhux right about turn jew kif jghidu n-nazzi kutrumbajsa din!!!??? Issa se jgibu lil Gaddafi huma Malta.