L-istaff ta' "Ix-Xewka" jawgura lil Maltin u l-Ghawdxin kollha, huma fejn huma anke ta' l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada u ma ninsewx l-iktar importanti ta' Brussel, ghax minn hemm issa niddependu hafna u fuq kemm se ngibu flus mill-Unjoni Ewropeja u wkoll dawk kollha mxerrdin mad-dinja, l-isbah xewqat u nawguraw li d-dinja niehduha aktar bic-cajt u ma niehdux ghalina jew noqghodu naghmlu l-libelli. Naqtghuha l-ahwa tal-libelli, nidraw niehdu cajta halli forsi fl-ahhar nibdew vera nittolleraw lil xulxin u nghixu aktar fil-paci...Friday, December 19, 2008
XEWQAT SBIEH GHAL KULHADD
L-istaff ta' "Ix-Xewka" jawgura lil Maltin u l-Ghawdxin kollha, huma fejn huma anke ta' l-Awstralja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada u ma ninsewx l-iktar importanti ta' Brussel, ghax minn hemm issa niddependu hafna u fuq kemm se ngibu flus mill-Unjoni Ewropeja u wkoll dawk kollha mxerrdin mad-dinja, l-isbah xewqat u nawguraw li d-dinja niehduha aktar bic-cajt u ma niehdux ghalina jew noqghodu naghmlu l-libelli. Naqtghuha l-ahwa tal-libelli, nidraw niehdu cajta halli forsi fl-ahhar nibdew vera nittolleraw lil xulxin u nghixu aktar fil-paci...AUSTIN TAL-FUNERALI!?!
IT-TALIBANI FIL-QORTI TA' MALTA
Mela fil-qorti ta' Malta kultant jew joholmu jew jivvintawhom. Holmu li johorgu regolament li l-avukati nisa ma jistghux jilbsu l-qalziet bhall-irgiel, izda d-dublet. Tghidx x'ma nqalax min beda jghid bit-Talibani u Ligijiet tat-Talibani u dawk tal-Kummissjoni ta' l-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel hargu wkoll jghajtu bid-diskriminazzjoni, ecc ecc. Izda meta wara li nqala' dan kollu u erhilhom kulhadd jikkummenta fil-gazzetti ecc, s'issa hadd qisu ma jaf x'gara jew x'se jigri.Li kultant nafu zgur li fil-qorti ta' Malta, specjalment quddiem il-qorti jkun hemm kulhadd barra u b'paniku kbir kulhadd jibda' jsemmi bombi u mhux bombi, min jghid gie Ben Laden, ecc. U dan wara li "Ix-Xewka" investigat li rat esperti tal-forzi armati ta' Malta dehlin bl-istrumenti biex jaraw hemmx xi bomba bhal ma gara nhar it-Tnejn 24 ta' Novembru 2008. Din tal-bombi fil-qorti mhux l-ewwel darba li saret u minhabba f'hekk tghidx kemm jinhela hin u nies ikunu hadu l-leave minn fuq ix-xoghol ghalxejn.
Izda la qed nitkellmu fuq il-bombi fil-qorti jekk tridu taraw zewg avukati tassew BOMBA araw lil avukati Anna Mallia u Yana Micallef Stafrace ghax veru minbarra li huma mill-aqwa avukati nisa li ghandna ghandhom figura bomba...tiehdux ghalikom ahna tax-xewka nhobbukom u xtaqna nnigzukom ftit!!!!
SRUM IRQAQ U HOXNIN
Imbaghad kien hemm affarijiet ohra, bhal meta il-Ministru George Pullicino u John Zammit tal-Liberali ltaqghu u t-tnejn ghamlu mhatra ta' kemm se jehxienu (arahhom fir-ritratt daqshiex sar fihom) u mbaghad l-aqwa kienet meta' John Zammit kellu hdejh lil Josienne Camilleri tan-NET TV li tipproduci l-programm "Newsroom", John qalilha kieku hawn Lino Cassar malajr jaqbadha fuq (bil-Malti jghidha dak) is-srum. U Lino malajr johrogha xi kelma daqsxejn vulgari, mhux bhal kliem l-iehor li johroghom bicca bicca. U kieku kien hemm Lino Cassar kien jispicca jitkellem fuq (mhux fuq ir-rigi dojoq u wesghin) izda fuq is-srum irqaq u hoxnin u ibqa' cert li l-iktar hoxnin kienu tal-Ministru Gorg Pullicino u John Zammit. Isma araw x'se taghmlu morru ghamlu jogging, qalilhom Joe Vella, imma fl-ahhar waqt ir-riceviment kienet se tispicca hazin meta l-Profs Domnic Fenech qabadha fuq il-politika mal-Ministru Pullicino, u min dahal fin-nofs biex jimmedja, hadd hlief John Zammit, ghax dak dejjem issibu fin-nofs.....u qalilhom issa hudu pjacir u insew ghal ftit il-politika.
Tuesday, December 16, 2008
B'GONZI VERU MOHHOK MISTRIEH!?!?!?
Ara jergax jaghmel xi elezzjoni ohra Gonzi ha nghidulu lil Gonzi kemm ahna b'mohhna mistrieh?! Staqsu lill-haddiema li huma mdendlin jekk hux se jispiccaw barra mix-xoghol? Jew lil tat-Tarzna li qalulhom biex jirtiraw u l-flus ghadhom ma tawhomlomx?! Jew in-negozjanti, specjalment l-importaturi tal-medicini jew il-lukandiera jekk hux b'mohhom mistrieh?! Imma kemm huma h......a n-nazzi, biex jghattu d-dizastru li gabu fuq pajjizna qed jilghabu bil-pjanu u regghu qajjmu lil Piano bil-progett ta' bieb il-belt meta jafu li l-anqas ghandhom flus, ahseb u ara kemm se jaghmlu dan il-progett. Allura l-mezzi tax-xandir ta' GonziPN qabduha fuq il-progett ta' bieb il-belt u hafna belghu is-sunnara u qed jghidu hafna paroli fil-vojt fuq il-gazzetti u l-mezzi tax-xandir....u ahna tax-xewka nghidu li anqas jekk jghaddu ghoxrin sena ohra dan il-progett mhux se jsir.....IL-BUSH FL-AHHAR WASLET TIEGHU!!!!!
Gorg Bush fl-ahhar tal-presidenza waslet tieghu, ghax gurnalist Iraqqin garalu z-zewg zraben u ghal ftit ma stampahx flok fuq il-gazzetta f'wiccu ghax kieku laqtu zgur li l-Bush kien jara l-istilel kollha li ghandu pajjizu fil-bandiera.Insomma il-Bush li huwa maghruf issa bhala l-aghar president li qatt kien hemm fl-istorja ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fl-ahhar wasal biex id-dinja tehles minnu. Ibqa' cert li Bush mhux se jehlisha minghand Saddam Husein, ghax Saddam bis-sahha ta' Mohammed ghad irridu naraw xi haga kbira li ghad trid tigrilu!!!! Mhux ta' b'xejn kwazi mad-dinja kollha minbarra li kulhadd infaqa' bid-dahk malli raw lil Bush jitbaxxa u z-zraben ghaddejjin minn ma' rasu, izda kwazi kulhadd kien tal-fehma li kien haqqu u fahhru lill-gurnalista bhala eroj b'li ghamel.
Subscribe to:
Posts (Atom)

