Monday, October 6, 2008

WORKING CLASS HERO

B'dedika lill-haddiema kollha Maltin u Ghawdxin, lill-General Workers' Union f'gheluq il-65 sena mit-twaqqif taghha u l-iktar lill-haddiema tat-Tarzna li wara li dahak bihom GonziPN sfaw vittmi tal-Gvern Nazzjonalista u spiccaw barra mit-Tarzna!

IL-BASSATA TAS-SEKLU

VIVA CLAUDETTE


Lil Claudette jien niffansjaha, izda ma rridx nuri lil Lino Cassar ghax inkella jaghmel ghalija ghax iridha ghalih, pero' Claudette Abela Baldacchino f'dan ir-ritratt qed turi car u tond kif ghandu jitbiddel il-Parlament Malti biex isir bhal dak Ewropew.
Ghalija Joseph Muscat, il-lider gdid tal-Lejber diga' axxaqha! Ma qalx li issa li rrezenja mill-Parlament Ewropew u gie fil-Parlament Malti se jgib il-Parlament Malti bhal dak Ewropew!!!
Izda mill-ewwel axxaqha, ghax malli ha l-gurament flok ghamel bhal ma jaghmlu fil-Parlament Ewropew meta jiehdu l-gurament, ghamel bhal ma jsir fil-Parlament Malti u bies il-kurcifiss! X'ghandu x'jaqsam il-kurcifiss mal-politika?!? Safejn nafu ahna dan ma jsirx fil-maggoranza tal-Parlamenti li huma lajki, Berlusconi stess, sieheb in-Nazzi u l-GonziPN u l-parlamentari Taljani jiehdu l-gurament fuq il-kostituzzjoni Taljana, il-President Amerikan u l-kumplament shabu, il-President taz-Zimbabwe (tafux) wkoll jiehu l-gurament fuq il-kostituzzjoni ta' pajjizu, allura Joseph fejn hu dak li ghedt li se ggib il-Parlament Malti bhal dak ta' l-Ewropa!!!!???? Prosit Claudette ghax lil Joseph tajtu ezempju u dan meta int qeghda fil-Parlament Ewropew tar-Regjuni! Nergghu nghidulek Prosit u jekk se tohrog kandidata ghall-Parlament Ewropew lilek se nivvotaw.

DIN TITKELLEM WAHEDHA!!!

Bla dubju kartolini bhal dawn hawn min igemmahhom u hawn min jiehu skandlu minnhom, izda minghajr ma nilaghbuha tad-dojoq bhal xi lehen is-sewda jew il-gens mhux tal-lum, izda ta' zmien il-brodu, ahna kartolini bhal dawn nippubblikawhom u ma nibzghux!!!

Sunday, October 5, 2008

NO COMMENTS!

Ix-Xewka 4 waqt li tkun attenta fuq kollox u kull ma' jkun qed jigri (inkluz xi tkun qed tghid is-Sahhara tal-Bidnija), qabdet din l-attivita' gewwa l-universita', izda minhabba s-sitwazzjoni kritika li tinsab fiha l-universita' bhalissa mhux se tikkummenta, kemm minhabba xi libel, li l-Maltin jiddilettaw bihom hafna, izda ahna avolja joffenduna u jkun hemm diversi drabi li naghmlu libelli, ahna ma naghmluhomx, anzi rridu nghallmu lil kulhadd biex jidra jiehu cajta u minghajr ma joqghod jaghmel il-libelli.

Ghalhekk ahna se nhallu ghad-diskrezzjoni taghkom x'tahsbu li gara f'dan ir-ritratt, imbaghad il-lekcerers u dawk il-haddiema ta' l-universita' jekk jiehdux iz-zieda li jixtiequ hija bicca ohra. Ghalkemm diversi ilsna hziena bdew jistaqsu kif jista' jkun ta' l-universita' jiehdu dawk iz-zidiet li qed jitolbu meta tat-tarzna tefghuhom 'il barra u haddiema ohra f'hafna postijiet jinsabu mdendlin!!! Insomma issa naraw....halluh ihabbat il-maltemp!!!!

KOMPETIZZJONI TAD-DAHK!



Idhak Emmy, idhak...!!!! qed jixxerdu xnieghat li se ssir kompetizzjoni ta' min jidhaq l-iktar u fil-kategoriji se jkun hemm dawk li jidhku l-aktar, dawk li jidhku l-isbah u wkoll dawk li skond il-proverbju Malti min jidhak l-ahhar.....

Huwa maghruf li l-iktar li qed jissemmew li jistghu jkunu r-rebbieha u fil-finali zgur se jkun hemm GonziPN u difficli biex Emmy Bezzina jirbahlu lil dan GonziPN ghax huwa c-campjin tad-dinja diga' dwar kemm jidhak. Li jista' jkun li jigri izda li peress li GonziPN meta jkun wieghed xi haga u ma jkunx jista' jaghmilha, minflok li jidhak sabih, jidhak ikrah, bhal ma dahak bil-haddiema tat-Tarzna, li qabel l-elezzjoni qalilhom li hadd minnhom ma hu se jitkecca!?!? Insomma issa naraw....pero' Emmy zgur jidhak sabih, arawh fir-ritratt! Prosit Emmy, keep it up!!!

ZAMMIT JIKKANVASSJA


John Zammit tal-Liberali ta' Malta tant hadha bis-serjeta' l-kampanja tieghu ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li sahansitra mar jikkanvassja Kopenhagen. Imma jekk ma tafux mhux talli kkanvassja u rnexxielu li issa sirna nafu li l-Prim Ministru Daniz, Anders Rasmussen tant ghogbu Zammit li se jibghatlu kelliem tieghu jitkellem f'konferenza li se jorganizza dan ix-xahar gewwa l-kwartier tal-Liberali ta' Malta gewwa l-belt Valletta, nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru. Qed taraw kif Zammit qed jirnexxi u li jekk ittellghuh fil-Parlament Ewropew zgur se jkun success ghal Malta u l-Maltin u s'intendi l-Ghawdxin ma ninsewhomx!